Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent f’Konferenza Internazzjoni dwar l-Ekoloġija Integrali

Print Friendly, PDF & Email

L-Ekoloġija integrali proposta mill-Papa Franġisku fl-Enċiklika Laudato Si’.

Il-Ħamis 12 ta’ Marzu 2018: Fiċ-Ċentru Notre Dame ta’ Ġerusalemm saret konferenza, organizzata mill-Kummissjoni għall-Ġustizzja, Paċi u Integrità tal-Ħolqien tal-Kustodja tal-Art Imqaddsa. Bħalissa l-Franġiskani qegħdin ifakkru t-tmien mitt sena minn mindu huma waslu fl-Art Imqaddsa (L-ewwel patrijiet kien waslu fl-1217, u San Franġisk innifsu fl-1219).

L-għan tal-konferenza kien li tgħin biex tissaħħaħ il-ħidma li nbdiet tmien mitt sena ilu. Għalhekk il-konferenza kienet ukoll esperjenza li laqqgħet flimkien esperjenzi u realtajiet minn kulturi u reliġjonijiet differenti. Dan għaliex il-kelliema għenu lil dawk preżenti jifhmu aħjar kif il-messaġġ tal-enċiklika kien validu mhux għall-insara biss imma għal kulħadd, hu x’inhu it-twemmin li jħaddnu. (Il-Papa Franġisku jirreferi għad-dinja bħala d-dar komuni tagħna).

Minbarra l-Kardinal Turkson li tkellem dwar kif l-ekoloġija integrali tiddependi fuq soċjeta integrali, rajna wkoll kif il-ħtieġa li nħarsu l-pjaneta toħroġ mit-tradizzjoni kristjana, dik lhudija kif ukoll dik musulmana (Prof. Mohammed S. Dajani Daoudi). Ir-Rabbi David Rosen tkellem dwar il-perspettiva lhudija tal-ekoloġija integrali, filwaqt li l-Prof. Stefano Zamagni għaqqad il-kunċett tal-ħniena ma’ dak tal-iżvilupp integrali tal-bniedem.

Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent ta’ pajjiżna  rappreżentata f’din il-konferenza mis-Sur Mario Camenzuli u dan sewa biex:

  1. Nesperjenzaw perspettivi differenti tal-osservazzjonijiet u l-proposti tal-qdusija tiegħu l-Papa fl-enċiklika Laudato Si’
  2. Insiru nafu aħjar u napprezzaw aktar il-ħidma ta’ għadd ta’ persuni, gruppi u assoċjazzjonijiet minn madwar id-dinja, favur stil ta’ ħajja aktar sostenibbli.
  3. Naqsmu ma’ oħrajn l-esperjenza pożittiva tal-ħidma li qiegħda twettaq il-Kummissjoni Ambjent f’Malta, kif ukoll nitkellmu dwar l-isfidi li qegħdin jitfaċċaw kontinwament minn aspetti varji.

Wieħed jittama li l-kuntatti u l-esperjenzi li kellna matul din il-konferenza jkunu għajn ta’ opportunitajiet ġodda ħalli l-ħidma tal-KA tagħti dejjem aktar frott.

Ara d-dettalji tal-programm … LaudatoSi_Conference Jerusalem

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading