Erba’ Djakni Ġodda

L-Erbgħa 18 ta’ April 2018: Erba’ żgħażagħ ser jiġu ordnati djakni mill-Arċisqof Charles J. Scicluna nhar il-Ħadd, 22 ta’ April 2018, fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina, fid-9am. L-erba’ żgħażagħ li ser jiġu ordnati djakni huma:

 Peter Ellul mill‑Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, il‑Belt Valletta
 Jean Gové mill‑Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s‑Sema, il‑Mosta
 Aayrton Ray Muscat mill‑Parroċċa ta’ Santa Luċija V.M., l‑Imtarfa
 Matthew Pulis mill‑Parroċċa tal‑Familja Mqaddsa, l‑Iklin

Kulħadd huwa mistieden biex jattendi għaċ-ċelebrazzjoni tal-ordinazzjoni u biex jitlob għal aktar vokazzjonijiet u għall-qdusija tal-kleru, speċjalment għal dawk li ser jiġu ordnati djakni nhar il-Ħadd.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading