Ninsew u nneħħu kull tip ta’ preġudizzju u nemmnu fil-kapaċità tal-bniedem


Il-Ġimgħa, 20 ta’ April 2018: L-Arċisqof jinawgura u jbierek Dar Charles Miceli, id-dar il-ġdida ta’ Caritas.

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna – Fid-Dar Charles Miceli, il-Mosta

Meta tisma’ bl-isem Charles Miceli nikkonferma dak li ntqal qabel, tifhem is-soċjal. Jiena nixtieq ukoll infakkar il-memorja ta’ Charles u t-talba tiegħi hija li dan l-ispirtu tas-soċjal ġenwin ikun dejjem magħna. Għandna responsabbiltà kbira!

398903-740xNoneJiena nixtieq nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lill-Caritas, lil Leonid McKay, ovvjament lilek Mons. Victor Grech, li inti l-patrijarka ta’ dak kollu li qegħdin nagħmlu u l-pijunier b’mod profetiku, ġenwin u b’tant ġenerożità.

Imma huwa d-dover tiegħi nirringrazzja lill-Gvern, lilek Ministru Michael Falzon, talli temmen f’dawn l-inizjattivi b’mod konkret. U mhux biss tinkoraġġina imma wkoll tagħtina n-neċessarju biex mill-ħolm ngħaddu għar-realtà u din ir-realtà jkollha futur. U għalhekk huwa dover tiegħi nuri l-apprezzament u r-ringrazzjament tiegħi, mhux biss f’isem ir-residenti li se jibbenifikaw minn dan is-servizz, imma anke f’isem is-soċjetà kollha.

Jiena nixtieq ukoll nawgura lir-residenti. Iltqajt ma’ diversi minnkom, anke f’ambjenti differenti, kemm f’San Blas kif ukoll f’Baħar iċ-Ċagħaq. Ma ninsa qatt is-session tad-drums therapy li konna għamilna flimkien, taffaxxinani ħafna.

Ħadt pjaċir ukoll nisma’ lil Leonid jitkellem fuq il-kuntatt li qed isir mal-komunità attwali tal-Mosta. Hawnhekk qed nara lill-Arċipriet u lis-Sindku. Insellmilhom. Importanti ħafna li ħutna jħossuhom milqugħin għax wara kollox din trid tkun esperjenza biex min għadda mill-esperjenza tal-faċilità korrettiva mbagħad ikun jista’ jiġi milqugħ fil-komunità. U l-impenn tagħna bħala komunità, anke Nisranija, huwa li ninsew u nneħħu kull tip ta’ preġudizzju u nemmnu fil-kapaċità tal-bniedem, li meta jsib l-għajnuna u l-inkoraġġiment, jibda ħajja li tagħtih tama u tagħti tama kbira lis-soċjetà. Aħna dgħajfin. Qegħdin hemm biex ngħinu lil xulxin.

✠ Charles J. Scicluna
Arċisqof ta’ Malta

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.