Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tas-Sibt 21 ta’ April 2018

L-Evanġelju tas-Sibt 21 ta’ April 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 6, 60-69

Mhux l-ewwel darba li, kultant b’intenzjoni tajba, jippruvaw ibellgħu xi ħaġa lil xi ħadd bil-kuċċarina zokkor ta’ Mary Poppins. Xi ħaġa, li naħsbu li mhux se tinżel tajjeb minħabba t-togħma morra jew qarsa tagħha, imma li għandna bżonnha jew hija tassew vera, biex titwemmen jew għallinqas ma toħloqx rejazzjoni kbira ħafna, nippruvaw nagħtuha dehra isbaħ, u nieħdu gost meta n-nies jibilgħuha u nitbissmu u nidħku, sodisfatti b’kemm jirnexxielna nqarrqu. Ġesù ma jqarraqx; Ġesù ma jaħdimx b’dan il-mod. Ħallu l-iva tagħkom tkun iva u l-le tagħkom le. Abjad abjad, iswed iswed.

Id-dixxkipli nkwetaw għax b’dak li kien qed jgħid, kien qiegħed ibiegħed in-nies mill-Knisja; bdiet tinkwetahom l-istatistika tal-attendenza. Insew malajr li l-attendenza tan-nies żdiedet b’mod fenomenali wara li l-folla kielet u xebgħet b’xejn, mingħajr ma ħallset ċenteżmu; ma nġibdux minn dak li qal iżda minn dak li kielu, li ngħiduha kif inhi, jogħġbok għall-ewwel imma wara ftit jibda jdejqek u tarmih; tiksbu, għax b’xejn, imma ma tiklux, taqbad u tarmih.

Iżda jekk id-dixxipli dan il-kliem rawh tqil u iebes, u xtaqu kieku jħaffuh u jrattbuh, Ġesù jurihom li r-rejaltà taħsad bil-bosta iktar minn dan il-kliem u ma jaħbix. Ġesù ma jistmax lin-nies bħala merħla li jeħodha fejn irid għax irid hekk hu, imma juriha fejn irid jeħodha u jisġjega għal-liema raġuni u jħalli f’idejn kull nagħġa beix tiddeċiedi jekk tridx tmur warajh jew le. Hemm nagħaġ li jagħżlu li jimxu wrajh u oħrajn li jagħżlu li jieħdu triq oħra, jintilfu. Ġesù ma jidħak b’ħadd, il-qerq mhux fil-lista tal-metodu tiegħu, għax il-qerq hu gidba fuq oħra u Ġesù hu l-verità.

L-ispirtu jagħti l-ħajja bie xil-ħajja ma tintemmx, il-ġisem jagħti ħajja li tieqaf, tispiċċa u ddub fix-xejn; l-enerġiji tgaħna jwssluna pass, imma il-pass ta’ warajh ikun iqsar u iktar kajman. Il-qawwa li jagħti l-Ispirtu ssaħħaħ il-pass biex jibqa’ kostanti u jippersevera mhux sat-tmiem tal-ġisem imma anke wara l-ġisem.

Kemm-il darba fil-Knisja u f’kull soċjetà li l-Knisja ttieħdet u għada tittiħed minnha, ħafna jiġġustifikaw il-qerq bħal għodda, it-trattib tal-verità bħala mezz. Ir-rizultati huma prova biżżejjed anke jekk ma nemmnux lil Ġesù Kristu u l-metodi tiegħu ma jogħġbuniex. Ġesù jqawwi lill-bniedem li jersaq lejh bil-ħajja tiegħu. Il-bniedem imqanqal mill-Missier u mill-verità tiegħu, għandu kollox quddiem għajnejh kif inhu; m’hemmx tidwir, m’hemmx tgħawwiġ, m’hemmx kantunieri. Meta nippruvaw indgħajfu l-verità biex inħajru iktar nies jaċċettawha, inkunu qed nitbiegħdu mill-verità u nfittxu dwal oħra, sakemm id-dawl tagħhom jintefa’ u ma narawx fejn aħna sejrin u lanqas fejn wasalna. Id-dlam jilludina li għadu kollox kif inhu, ma jħalliniex nirraġunaw u nibqgħu ngħixu bl-immaġinazzjoni u bil-fantasija.

Tridux titilqu intom ukoll. Meta l-verità li twassal il-Kelma ta’ Alla u l-messaġġiera tiegħu idejquna, jibda jiddispjaċina għax in-nies ma jmorrux knisja, għax in-nies m’għadhomx jemmnu. Ftit li xejn nitħajru naħsbu li l-Knisja hija mibnija fuq il-verità ta’ Alla u mhux fuq in-numri tan-nies mgħammda jew prattikanti. Tridux tmorru intom ukoll. Dan diskors indirizzat mhux lil min diġa telaq, iżda għal min għadu ġewwa, li, iżda, qed juri tħassib imqanqal minn dispjaċir mhux f’loku, għax il-verità ma tingħoġobx għax iebes dan il-kliem, min jista’ jifhmu! Huwa diskors indirizzat lir-rgħajja mhux lil merħla. Tridux tmorru intom ukoll.

Iżda t-tweġiba ta’ dak li Ġesù kien jaf li kellu jiċħdu, hija l-għażla ta’ min, għalkemm jaf li l-verità hija iebsa u mhux dejjem tifhima, jiddeċiedi li aħjar minn ma’ Ġesù ma hemmx.

“Mulej, għand min immorru? Inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem, u aħna emminna u għarafna li inti l-Qaddis ta’ Alla”

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: