Home > Aħbarijiet > Il-President tintervjeni fid-diskussjoni dwar l-Emendi proposti għall-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun

Il-President tintervjeni fid-diskussjoni dwar l-Emendi proposti għall-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun


Stqarrija tal-Life Network Foundation Malta

L-Erbgħa 25 ta’ April 2018: Il-Fondazzjoni Life Netwotk Foundation tirringrazzja lill-Eċċelenza tagħha, l-President Marie-Louise Coleiro Preca tal-intervent tagħha fid-diskussjoni dwar l-Emendi proposti ghall-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun.

Il-Fondazzjoni taqbel li kif qalet il-President, ikun hawn “perjodu itwal ta’ riflessjoni sabiex jinstemgħu l-vuċijiet dwar l-emendi li qed jipproponi l-Gvern”.  Kif kompliet il-President, “It-trattament tal-IVF hu suġġett delikat li jeħtieġ  li jkun diskuss f’ambjent seren, u li jibbilanċja l-qsim il-qalb li jaffaċċjaw koppji bla tfal, ma’ kwistjonijiet etiċi sensittivi li għandhom x’jaqsmu mad-drittijiet tal-embrijuni.” Il-Fondazzjoni ssostni li hemm bżonn li nagħtu każ id-drittijiet tat-tfal li jitwieldu minn dawn il-proċeduri . Ma jagħmilx sens li nagħmlu oġġetti minn uliedna.

Il-Fondazzjoni tistieden lill-partijiet interessati li għandhom għal qalbhom il-ġid tas-soċjetà Maltija li jilqgħu t-talba tal-President ta’ Malta għal medjazzjoni. Madwar il-mejda jeħtieġ li jkun hemm dibattitu bilanċjat u fattwali  u li jkun hemm minn jirrapreżenta l-partijiet kollha. Min għandu nteress pekunarju ma jistax jagħti kontribut bilanċjat.

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: