L-Evanġelju tat-Tlieta 15 ta’ Mejju 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 17, 1-11a

Ġesù ma jibqax ikellem lid-dixxipli tiegħu. F’dan l-aħħar kapitlu li jirrakonta kliemu waqt l-aħħar ikla, l-awtur tal-Evanġelju ta’ San Ġwann, jurina lil Ġesù jdawwar ħarstu lejn il-Missier u jkellem lilu. Ġesù ma jitkellimx mad-dixxipli iżda jitkellem mal-Missier quddiemhom, b’leħen li setgħu jisimgħuh. Din hija l-aqwa u l-għola ntimità li kull dixxiplu jrid jasal għaliha: dik li jiftaħ qalbu ma’ Alla mingħajr inibizzjoni minn dawk imseħbin miegħu, mingħajr biża, mingħajr mistħija għax jaf li huma wkoll ismieħba f’din l-intimità ma’ Alla.

Din it-talba hija magħrufa bħala t-talba saċerdotali, Ġesù jippreżenta lilu nnifsu bħala dak li jidħol quddiem Alla għal dawk li jemmnu fih u jħobbuh. Huma l-glorja tiegħu u hu għalihom jitqaddes, jiġifieri għalihom jidħol dejjem iżjed fil-qalba tal-misteru ta’ Alla u miegħu idaħħal lilhom. Huwa d-dmir ħelu u konsolatur ta’ kull min għandu sehem mis-saċerdozju ta’ Kristu, kemm jekk hu ministerjali, li jiġi bl-ordinazzjoni u kemm dak komuni, li ġej mill-magħmudija. Is-seigħa waslet li jingħata, anzi li jagħti lilu nnifsu fuq is-salib, il-mewt li xtaq biex, bħaż-żerriegħa li taqa’ fl-art u tmut, jagħmel ħafna frott.

L-għan tiegħu hu li dawk li jemmnu fih u jħobbuh, dawk li jibqgħu miegħu, ikollhom il-ħajja ta’ dejjem. Huma laqgħu il-kelma u emmnu u b’hekk saru ħaġa waħda miegħu. Kullmin jilqa’ din il-kelma mingħand l’Iben li rċieva lil dawk li titħabbrilhom mingħand il-Missier għax hu għażilhom, mhux huma għażlu lilu, isir ħaġa waħda miegħu u fejn ikun hu jkunu huma, dak li hu hu isiru huma.

Id-dinja tiċħdu, tużah u tabbużah; dawk li jfittxu l-kompliċità tal-qerq tagħhom huma esklużi minn din l-għaqda miegħu. Igawdu l-kompliċità tal-qerq tagħhom li, fl-aħħar mill-aħħar, twassalhom biex iduru kontra xulxin u jħebbu għal xulxin. Id-dinja twassal lil dawk li huma kompliċi fl-illużjoni tagħha u li jduru kontra min iħaddan il-verità u jgħixha, biex meta ma jsibux x’jitimgħu il-kilbiet tagħhom, idawru difrejhom u snienhom kontra xulxin.

Il-qerq jifred biex isaltan. Il-verità tgħaqqad biex isaltnu dawk li jħaddnuha.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.