L-Evanġelju tal-Erbgħa 16 ta’ Mejju 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 17, 11b-19

Ħarishom biex ikunu ħaġa waħda, imliehom bil-ferħ sħiħ tiegħi u qaddishom bil-verità.

Dawn huma t-tlitt talbiet li Ġesù jagħmel lill-Missier għad-dixxipli tiegħu waqt li huma stess qed jisimgħuh. Jekk fuq it-Tabor tkellem ma’ Mosù u ma’ Elija waqt li kien mibdul quddiem għajnejn dixxipli magħżula, dwar dak kellu jgħaddi minnu fuq il-Kalvarju, fiċ-ċenaklu Ġesù jitkellem f’għaqda intima u sħiħa mal-Missier quddiem id-dixxipli kollha, il-ħdax li kellhom ukoll iġarrbu l-preżenza ġdida tiegħu wara li qam mill-mewt.

Ħarishom biex ikunu ħaġa waħda; l-ewwel talba għall-ewwel grazzja fil-mixja lejn il-qdusija li mingħajrha ma naslux. Mhux biss ħaġa waħda, imma ħaġa waħda bħalna, bħal Alla. Mhux biżżejjed li nkunu ħaġa waħda iżda ħaġa waħda bħal Alla, jiġifieri mhux għall-interessi personali iżda mingħajr interessi, mhux biex nieħdu iżda biex nagħtu. Ġesù jaf li din hi l-iktar ġaħa diffiċli għalina li nemmnu fih għax aħna bnedmin u l-istint tas-sopravivenza iwassalna bie xningħaqdu biex nibqgħu ħajjin u dan l-istint ħafna drabi jwasslan biex nisserdqu fuq l-oħrajn u hekk noħolqu għaqda li fiha aħna nkunu l-ikbar u l-aqwau hekk inkabbru l-qasma bejnna u bejn l-oħrajn anke jekk ngħidu li nfittxu l-għaqda u s-sliem. Fejn hemm l-imħabba u li twassal għall-għaqda hemm Alla, fejn hemm l-imħabba u l-għaqda Alla hu.

It-tieni talba hija għall-frott ta’ din l-għaqda li teżisti bejn Ġesù u min jemmen fih u bejniethom miegħu, il-ferħ sħiħ tiegħu li ġej mill-għaqda tiegħu mal-Missier għax hu jagħmel dak li l-Missier irid ul-Missier għażel lill-bnedmin u afdahom f’idejn l-Iben biex, jagħti l-ħajja li l-bniedem ċaħad bil-ħtija tiegħu, għax il-ħtija ma teżistix f’Alla. Alla jridna miegħu biex ikollna l-ferħ sħiħ tiegħu. Il-Ħażin jilludina li Alla huwa kontrina, jridna ngħixu fid-dwejjaq u t-tbatija, iridna niċċaħħdu minn kollox u minn kulħadd; Alla li jridna ngħixu fl-infern. B’hekk Alla jidher l-għadu tal-gost u l-pjaċir tagħna, dak li ma jaħmilniex ingawdu u spiss naqgħu għal din il-lixka. Iżda kliem Ġesù huwa ċar daqs il-kristall għal min irid jarah u jifhmu; irid il-ferħ sħiħ tagħna kif sħiħ hu il-ferħ tiegħu. Dan il-ferħ mhux riżultat tat-tbatija jew premju taċ-ċaħda, iżda hena li tibda malli l-bniedem jiddeċiedi li jemmen fih u jingħaqad miegħu.

Il-ferħ li ġej mill-imħabba u l-għaqda iwassal għall-għarfien u t-tħaddin tal-verità ta’ Alla li ma fiha ebda dell ta’ qerq. Il-verità li teħlisna għax ma turiniex dak li rridu naraw imma dak li tassew hu, l-ewwel u qabel kollox dwarna nfusna. Mhix verità li tikkundannana minħabba l-ħtija tagħna iżd al-verità li, filwaqt li turina min aħna timlilna qalbna bit-tama dwar dak li nistgħu inkunu, u għalhekk biha mhux biss ninħelsu iżda nitqaddsu. Għalhekk Ġesù ta ħajtu bie xjurina li l-verità li wassal hija verità vera u mhux qarrieqa li tidħaq bina għax twiegħdna dak li ma nistgħux inwettqu jew inkunu; mhix verità li turina ħaġa u tagħtina oħra. Hija l-verità ta’ Alla fejn kollox jidher kif tassew hu, fejn it-tama ssir rejaltà ta’ ħajja, fejn l-hena u l-ferħ ma jiddependux mid-dinja jew mill-ħażin. Din il-verità ta’ Alla tqaddisna għax turina li aħna aqwa minn dak li għandna jew minn dak li nagħmlu.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.