L-Evanġelju tal-Ħadd 15 ta’ Lulju 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 6, 7-13

Ki fil-Missier bagħat lili hekk jien anibgħat lilkom. Ġwanni, fl-Evanġelju tiegħu, jurina kif Ġesù jqabbel il-missjoni tal-appostli ma’ dik tiegħu. M’intomx tmorru minn rajkom bħalma jiena ma ġejtx minn rajja. Mibgħutin u mibgħutin b’għan speċifiku.

Mal-missjoni Ġesù tahom għodda mportanti, is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena, li għandhom il-ħila jfixklu il-ħidma tal-messaġġier. L-ispirti ħżiena li għandhom is-setgħa fuq dawk li huma jaħkmu għandhom l-għan li m ajħallux il-kelma tasal f’widnejn dawk li trid tasal għandhom. U dan ma jagħmluhx biss billi jgħajtu u jixhru, imma wkoll billi jiżirgħu id-dubju u jagħtu spazju għall-interpretazzjoni falza. L-ispirti ħżiena għandhom ħila jigdbu u faċli ħafna jikkonvinċu. Imma il-mibgħut għandu sehem mis-setgħa ta’ Ġesù fuq l-ispirti ħżiena, billi l-ewwel u qabel kollox jagħarafhom u mbagħad ikeċċihom.

Ġesù jwissi kontra t-tfixkil għal darb’oħra. Din id-darba t-tfixkil l-appostli jistgħu iġorruh magħhom; it-tagħbija tal-vjaġġ. Tieħdu xejn magħkom li jista jittradixxi il-fiduċja tagħkom f’Alla. Kif tista’ tikkonvinċi lil ħaddieġor biex jafda lil Alla meta inti stess għandek il-fiduċja tiegħek marbuta mal-ħobż, mal-ħorġa u mal-flus. Il-qorq ilbsu bie xikollok is-saħħa timxi, għax se jkollok timxi ħafna, imma libsa żejda, isimha magħha, żejda, m’għandekx x’tambiha. Meta nippruvaw inġorru minn post għall-ieħor nirrejalizzaw kemm inkunu rnexxilna nsorru u nġorru matul ħajjitna affarijiet bla bżonn. Il-mibgħut ma jistax jitghabba, irid ikun ħafif biex jimxi u ħafif fl-ispirtu biex ikun ħieles fit-tħabbir tal-bxara li joħloqx hu iżd ali ġie mibgħut biex iwassal.

Il-predikazzjoni ma tisfurzax il-kelma fuq min jismagħha imma hija konvinċenti biżżejjed biex tagħaraf il-bżonn tal-konverżjoni. Hija predikazzjoni msaħħa b’dak li jsir magħha, l-iktar il-ħniena mal-batut. Iżda l-ħniena qatt m’għandha tkun il-lixka għat-twemmin. Il-ħniena hija riżultat tal-fidi mwassla u mhux bil-maqlub. L-ewwel u qabel kollox hija l-predikazzjoni, il-mandat hu biex ixxandar u twassal dak li tassew iġib il-bidla u l-ferħ fil-qalb tal-bniedem.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.