L-Evanġelju tas-Sibt 21 ta’ Lulju 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 12, 14-21

Għall-awtur tal-Evanġelju ta’ San Mattew huwa ta’ mportanza liema bħala li jikkonvinċi lill-qarrejja tiegħu, li kienu, fil-biċċa l-kbira tagħhom, Lhud, li Ġesù huwa l-Messija mwiegħed, dak li l-kotba miktuba sa dakinahr u meqjusa bħala ġejjin minn Alla, jitkellmu dwaru, l-intervent divin ta’ Alla fl-istorja tal-bniedem biex ireġġa’ lura l-poplu lejn il-wirt ta’ missirijietu, lejn Alla li sejħilhom u għażilhom.

Iżda l-istess awtur jurina li Ġesù huwa ferm ikbar minn hekk. Donnu jrid jurina li li kieku Ġesù ġie biex jeħles lill-poplu Lhudi biss, il-fdal ta’ Iżrael, kien ikun qed ifaqqar il-missjoni tiegħu. Ġesù ġie għal kulħadd, biex jeħles u jsalva lil kull bniedem, b’mod speċjli dawk li huma batuta u mnikkta, imħabbtin u mtaqqlin.

Fih hemm u fuqu straħ l-ispirtu ta’ Alla nnifsu, kif sewwa sew jgħid il-profeta Iżaija fuq il-magħżul imwiegħed minn Alla, il-mibgħut tiegħu.

Minn din is-silta, dan jidher l-ewwel għax Ġesù ma jirritaljax, ma jiksirha ma ħadd. X’ħin induna li riedu jeqirduh telaq minn hemm, mhux għax beża’ minnhom, (meta wasal il-mument, għeleqb il-biża’ u ta lilu nnifsu għall-mewt) iżda biex ma jilgħabx il-logħba tagħhom, biex, jista’ jkun ukoll, jagħtihom opportunità oħra li jdawru ħsiebhom ujilqgħu il-kelma li bagħat jgħdilhom Alla, u huma wkoll jithennew. Ġesù jaf li il-bniedem ma jibdilx ħajtu bilfors jekk tkompli ttambarlu, imma wkoll billi tħallih fil-libertà li jaħseb u jagħżel. Meta d-dixxipli, f’sitwazzjoni oħra talbuh jibgħat in-nar mis-sema, ċanfarhom. Il-ġid qiegħed hemm għal kulħadd u Ġesù jaf li mhux kulħadd lest li jaċċettah mill-ewwel. Sfortunatament hemm min ma jaċċettah qatt.

Minkejja li x-xabla kienet imdendla fuq rasu, Ġesù, jkompli juri sensitività kbira ma’ min hu batut, man nies kollha, u San Mattew jgħidilna li filwaqt li qalilhom biex ma jurux min kien, għax in-nies kienu jafu, fejjaqhom kollha. Interessanti li l-evanġelista ma jsemmix morda, imma lin-nies. Mhux kulmin jaf li hu marid hu bla saħħa, mhux il-mard tal-ġisem biss jinħtieġ il-fejqan. Ġesù jfejjaq lil kulħadd mill-mard li jidher u mill-mard li ma jidhirx; jagħti s-saħħa lil min jaf li hu nieqes minnha u lil min konvint li ma jista’ jiġrilu xejn.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.