Il-Ħadd 19 ta’ Awwissu 2018: Wara t-talba tal-Angelus ta’ dalgħodu u wara li l-Papa Franġisku kien temm ukoll ir-riflessjoni tiegħu dwar il-qari tal-Evanġelju tal-quddiesa tal-lum, huwa fakkar il-vittmi tad-disastru naturali fl-Indja u qal:-
Dawn l-aħħar ġranet, l-abitanti ta’ Kerala (fl-Indja) intlaqtu ħażin ħafna minn xita ta’ qawwa kbira, li ġabet għargħar u tiġrif, b’telf kbir tal-ħajja umana, bosta mitlufin jew bla dar u ħsara kbira lill-biedja u fid-djar. Jalla s-solidarjetà tagħna lejn dawn ħutna ma tkunx nieqsa kif ukoll l-għajnuna tal-komunità internazzjonali. Inħossni qrib il-Knisja tal-Kerala, li hi minn ta’ quddiem biex tagħti l-għajnuna lill-popolazzjoni. Ilkoll kemm aħna wkoll qrib il-Knisja ta’ Kerala u nitolbu flimkien għal dawk li tilfu ħajjithom u għall-persuni kollha mġarrbin minħabba din it-traġedja kbira. Nitolbu flimkien fis-skiet: Is-sliem għalik, Marija …