L-Isqof Mario Grech dwar l-Ittra tal-Papa Franġisku lill-Poplu ta’ Alla


Waqt Manifestazzjoni Marjana li saret nhar it-Tlieta 21 ta’ Awwissu 2018 f’Marsalforn, l-Isqof Mario Grech tkellem dwar l-Ittra li dan l-aħħar il-Q.T. il-Papa Franġisku kiteb lill-Knisja universali dwar l-abbużi sesswali li ġraw f’Pennsylvania:

Ilbieraħ il-Missier tagħna l-Papa Franġisku bagħat Ittra lill-Poplu ta’ Alla dwar sensiela ta’ abbużi sesswali li seħħew minn għadd ta’ saċerdoti fuq persuni minorenni f’Pennsylvania, l-Istati Uniti tal-Amerika, fuq medda ta’ sebgħin sena. Dawn l-atti kriminali mhux biss ħolqu ġerħat profondi u tbatija kbira fil-vittmi, imma lilna, bħala komunità ekkleżjali, iġagħluna nistħu, jumiljawna u kapaċi jdaħħluna fi kriżi ta’ fidi. F’din l-ittra, li nirrakkomandalkom bis-sħiħ biex taqrawha, il-Papa jikkundanna din l-imġiba ħażina, juri solidarjetà mal-vittmi u l-familji tagħhom, u jappellalna biex nagħmlu penitenza u nitolbu ħalli l-Knisja tikkonverti.

Nieħu din l-okkażjoni biex, kif għamilt fl-imgħoddi, nerġa’ nagħmel appell biex jekk xi ħadd ikun jaf b’xi abbuż ta’ din ix-xorta, imur jirrapporta dan ir-reat lill-Pulizija. Jien irrodd ħajr lil Alla li ħafna mis-saċerdoti tagħna huma “kanonizzabli”, imma min jagħmel dawn l-abbużi għandu jiġi denunzjat lill-Pulizija.

Il-Knisja f’pajjiżna kienet waħda minn tal-ewwel li fl-1999 għamlet policy dwar dan is-suġġett, liema policy għadha fis-seħħ. Hija responsabbiltà tiegħi bħala Isqof li każi bħal dawn ma nħallihomx fil-kexxun, imma nimxi skont il-liġijiet tal-Knisja u tal-pajjiż. Kif għidt fl-aħħar Ittra Pastorali, “meta l-Knisja tkun isserraħ fuq Ġesù Kristu, anki jekk naraw iċedi u jaqa’ xi ġebel jew saħansitra xi ħnejja tas-santwarju, ma għandniex għax naqtgħu qalbna, għax il-ġebla tax-xewka (Ġesù) tibqa’ soda”.

Inħeġġiġkom tagħtu l-koperazzjoni tagħkom biex l-għalqa (il-Knisja) titnaddaf minn din is-sikrana.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.