Fuq l-għatba tal-eternità


Minn Angelo Xuereb

Qegħdin fix-xahar ta’ Novembru. Fih niftakru fil-mejtin tagħna u fil-ħajja eterna.

Ma nkunux nesaġeraw li ma’ kull tokk tal-arloġġ inkunu qegħdin noqorbu lejn l-eternità. Iżda ma nkunux nagħmlu sewwa jekk il-ħsieb ta’ eternità jnissel fina l-melankonija u n-nuqqas ta’ paċi. Għalhekk il-ħsieb tal-eternità qatt ma għandu jwassal lin-nisrani biex ma jagħtix kas ta’ din id-dinja. Wieħed irid jaħdem qisu ser imut qatt. Infatti San Pawl iwissi lit-Tessalonkin li waqgħu fil-għażż billi ħasbu li t-tieni miġja ta’ Kristu hija fil-qrib.

Iżda l-ħsieb tal-eternità għandu jwassal lin-nisrani biex għalkemm jgħix f’din id-dinja ma jkunx marbut magħha. Ikun konvint li l-valuri materjali għalkemm huma importanti mhumiex kollox.

Il-materjaliżmu li qegħdin ngħixu fih ħafna drabi jnessina anki fl-eżistenza ta’ Alla kollu tjubija u mħabba lejn il-bniedem. San Ġorġ Preca kien iħobb isemmi li għal ħafna nies Alla huwa żero jiġifieri ma jfisser xejn.

Għalhekk ix-xahar ta’ Novembru għandu jwassalna biex niftakru aktar dwar l-eżistenza tal-bniedem. Aħna ġejna maħluqa minn Alla biex nagħrfuh, inħobbuh u nagħmlu dak li jixtieq huwa. Hija f’din il-perspettiva li nagħrfu nagħtu prijorità lill-ħwejjeġ materjali f’ħajjitna.

Huma importanti anzi indispensabbli. Dment li jkun f’din id-dinja l-bniedem għandu bżonn fejn joqgħod, jiekol, jixrob u jistrieħ. Iżda għalkemm indispensabbli ma jimlewx il-qalb tal-bniedem li hija maħluqa għal Alla. Santu Wistin jistqarr li qalbna ma ssibx mistrieħ jekk mhux f’Alla.

Issa huwa l-waqt li naħdmu, nitolbu u ngħinu lill-proxxmu għax jiġi l-lejl li fih ma nistgħux naħdmu aktar. Iżda, jekk inkunu għixna: “bi Kristu, ma’ Kristu, u fi Kristu”, din is-siegħa li fiha ngħaddu għall-eternità tkun waħda ta’ ferħ.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.