L-Alġerija: Inqatlu waqt li kienu qed jgħinu lill-oħrajn


It-Tnejn 26 ta’ Novembru 2018:  Bejn is-sena 1994 u 1996, l-Isqof Pierre Claverie O.P, seba’ patrijiet Trappisti, patri Marista, erba’ White Fathers, u sitt persuni oħra nqatlu brutalment matul il-gwerra ċivili fl-Alġerija. Waħda mis-Sorijiet, Suor Jean LittleJohn kienet ta’ dixxendenza Maltija.

Algerija Martri.jpg

Il-kawża għall-beatifikazzjoni tagħhom bdiet fis-sena 2007 u fil-bidu ta’ din is-sena, il-Papa Franġisku ffirma d-digriet li jikkonferma li huma mietu odium fidei (minħabba mibegħda reliġjuża) u b’hekk ġew rikonoxxuti martri.

Suor Yvonne Gera Franġiskana Missjunarja ta’ Marija, li ħadmet fl-Alġerija għal 22 sena kienet taf personalment lil kull wieħed mid-19-il martri. Suor Gera qalet lil Aid to the Church in Need (Malta):

“Huma kollha ħadmu mal-poplu; għenu lill-fqar, lill-morda, lit-tfal, u minkejja l-gwerra baqgħu hemm. Minkejja kollox huma komplew jieħdu ħsieb tan-nies.”

Skont Suor Yvonne Gera fmm, il-Knisja fl-Alġerija sofriet ħafna, imma kienet Knisja ta’ preżenza. Kulħadd kien milqugħ u kollox kien bla ħlas.

Suor Gera tħeġġeġ lill-missjunarji li jaħdmu f’pajjiżi li jinsabu fi gwerra li din “Hija ħidma diffiċli iżda l-Mulej għajtilna. Jekk in-nies ibatu, aħna nsofru flimkien magħhom. Hija l-vokazzjoni tagħna u l-Mulej dejjem qiegħed hemm biex jgħinna, anke fit-tbatija jew fil-martirju.”

Fl-okkażjoni tal-beatifikazzjoni ta’ dawn id-19-il martri fl-Alġerija fit-8 ta’ Diċembru 2018, l-Aid to the Church in Need (Malta) għadha kemm ippublikat dossier dwarhom.

Dawk kollha li jixtiequ jakkwistaw kopja huma ġentilment mitluba jċemplu 21487818 jew jibagħtu email lil info@acnmalta.org

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.