Tislima u apprezzament lis-suldati tal-Forzi Armati li mietu s-sena li għaddiet


It-Tnejn, 26 ta’ Novembru 2018: Il-ġimgħa li għaddiet l-Isqof Awziljarju Joseph Galea-Curmi mexxa Quddiesa fil-knisja tal-Forzi Armati ta’ Malta li tinsab ġewwa l-Barracks ta’ Ħal Luqa, għal ruħ il-membri mejtin tal-Forzi Armati, b’mod partikolari għal min miet matul is-sena li għaddiet.

19-11-2018_082702_d5z_2427-154322540225-e1543244930303.jpg

Mal-Isqof ikkonċelebraw Dun Joe Meli, iċ-Chaplain tal-Forzi Armati ta’ Malta, u Dun Anton Farrugia OFM li fl-aħħar tal-Quddiesa rregala pittura tal-Beatu Nazju Falzon, li ħadem mill-qrib mas-suldati fi żmienu.

Għall-Quddiesa kien hemm preżenti l-Kap Kmandant tal-Forzi Armati, il-Brigadier Jeffrey Curmi, fizzjali u rappreżentanti ta’ membri minn kull taqsima tal-Forzi Armati. Il-Quddiesa kienet animata mill-banda tal-Forzi Armati.

Wara l-Quddiesa saret ċerimonja qasira fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata fuq l-oqbra tas-suldati tal-Forzi Armati. Flimkien mat-talba għal dawk li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem, l-Isqof Awziljarju wera l-apprezzament tal-Knisja f’Malta għall-ħidma tal-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta u għas-servizz b’dedikazzjoni li jagħti ċ-Chaplain tal-Forzi Armati, Dun Joe Meli.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.