Evanġelju tal-Ġimgħa 23 ta’ Novembru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 19, 45-48

F’dawn l-aħħar jiem smajna lil Ġesù jitkellem dwar dak li kellu jġarrab, iwissi dwaru u jabqad it-triq lejn Ġerusalemm, miexi quddiem dawk li jimxu warajh. Rajnieh fuq l-għolja taż-żebbuġ jibki d-dnub kollettiv ta’ ġensu; id-dnub tal-għebusija tal-qalb li ttieħed bħan-nar minn nies ta’ żmienu; ir-rifjut, iċ-ċaħda ta’ nies li tant kienu mogħmija bl-aġendi personali tagħhom, li pprovdew qawwa lil xulxin fl-iżbalji tagħhom fit-tixrid ta’ mentalità li tigglorifika l-maqlub tal-ħsieb ta’ Alla u tattribwilu dak li qatt ma ħareġ minnu. Continue reading “Evanġelju tal-Ġimgħa 23 ta’ Novembru 2018”