Avvent ma’ Marija – It-Tielet Ġimgħa – Il-Ħadd


Vjaġġ

PJANIJIET

“Ċesari Awgustu ħareġ digriet biex isir ċensiment fid-dinja kollha”. – Luqa 2:1

47574687_1067545486758068_3281597611076747264_nL-istorja tal-Avvent tidħol iktar ’il ġewwa hekk kif f’Nazaret tasal l-aħbar ta’ ċensiment. Proprju meta Marija u Ġużeppi bdew jidraw xi ftit il-ħajja miżżewġa, l-Imperatur ta’ Ruma jordna ċensiment. Marija u Ġużeppi jkollhom jaraw kif ħa jagħmlu issa li ġie impost fuqhom dan il-bżonn mhux mistenni. Għal darb’oħra, Marija jkollha tħabbat wiċċha ma’ kapitlu f’ħajjitha li ma kienx fil-pjanijiet tagħha.

Marija ma kinitx qed tistennieha t-tħabbira ta’ Gabrijel. Lanqas kienet qed tistenna r-rispons ta’ Ġużeppi li għall-bidu ried jibgħatha bil-moħbi tan-nies. Żgur ma kinitx qed tistenna li sa jkollha tivvjaġġa bi tmien xhur u nofs tqala. Li tmur Betlehem ma kienx fil-pjanijiet tagħha. Fil-verità, xejn minn dan ma kien fil-pjanijiet tagħha. Aktarx li Marija iktar kellha pjanijiet fuq kif kellhom ikunu l-ħajja u ż-żwieġ tagħha, imma dan kollu nbidel. Marija kienet adattat ruħha mill-aħjar li setgħet, u għamlet pjanijiet ġodda għal kif kellhom ikunu t-tqala u l-ħlas tagħha, imma anki dan reġa’ nbidel. U issa tasal l-ordni biex imorru jinkitbu u għal darb’oħra sett ġdid ta’ pjanijiet.

Kull wieħed u waħda minna għandu l-pjanijiet tiegħu. Kull wieħed u waħda minna għandna l-idea jew il-ħolma jew l-immaġni tagħna ta’ kif irridu li tkun ħajjitna. Imma l-pjanijiet tagħna qajla jseħħu kif naħsbu li għandhom iseħħu. Fil-fatt, spiss meta ngħarblu ħajjitna, nintebħu li l-ħajja hi differenti minn kif stennejnieha – il-pjanijiet tagħna rari jseħħu. Sew jekk ħajtek żviluppat skont il-pjanijiet tiegħek u sew jekk le, afda f’Alla għax hu jaf x’inhuma l-pjanijiet tiegħu.

Importanti għalina li nirrealizzaw li Alla tabilħaqq għandu pjan għall-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna. Madankollu, spiss nippruvaw nikkontrollaw. Għandna l-aspettattivi tagħna; għandna l-pjanijiet tagħna. Dan jillimita lil Alla għax ma jħallihx jaħdem f’ħajjitna. Marija tgħallimna nagħmlu wisa’ għal Alla u għal dak li hu jrid iwettaq f’ħajjitna.

Il-pjanijiet ta’ Alla għalina iktar jixbhu ż-żfin milli d-destinazzjoni. Fi kliem ieħor, il-pjan aħħari ta’ Alla għalina hu li aħna ngħixu miegħu għal dejjem fis-Sema. Il-pjan aħħari tiegħu għalina hu li nesperjenzaw il-ferħ, il-libertà, u l-hena li għalihom ħalaqna. Imma, f’dan il-vjaġġ tal-ħajja, il-pjan tiegħu jseħħ ġurnata b’ġurnata. Bħal koppja li tiżfen bil-ferħ waqt għanja, il-parti li tkun qed tmexxi dejjem tkun attenta għal x’qed tagħmel il-parti l-oħra fiż-żifna. Żeffien tajjeb li jkun imexxi kapaċi jirreaġixxi għal kif titħarrek iż-żeffiena l-oħra. Skont kif tkun iċċaqilqet hi, dak li jkun imexxi jwieġeb mill-ġdid u mbagħad jistenna biex jara kif ħa tkompli ż-żifna.

Il-pjanijiet ta’ Alla għalina qegħdin dejjem jadattaw ruħhom għal fejn ninsabu aħna f’ħajjitna u kif aħna stess weġibna għall-aħħar tqanqila tiegħu. Dak kollu li hemm f’qalbu hu biss għall-ikbar ġid tagħna: għall-ferħ tagħna, għal-libertà tagħna, għall-kuntentizza tagħna. Qatta’ xi ħin illum ma’ Marija u staqsiha fuq il-pjanijiet ta’ Alla għal ħajtek.

Għat-talb tiegħek
Marija żgur kienet titlob bil-Ktieb ta’ Ġeremija. Ħejji t-talba immaġinattiva tiegħek billi taqra bil-mod Ġeremija 29:11-14. Ħaddem is-sensi spiritwali tiegħek u itlob bl-immaġinazzjoni tiegħek flimkien ma’ Marija f’Luqa 2:1. Imbagħad, għid din it-talba:

“Missier, illum nitolbok il-grazzja li nduq imħabbtek għalija u għal ħajti. Nitolbok tgħinni nafdak u nafda fil-pjanijiet tiegħek fuq ħajti”.

Xi kliem laqtek l-iżjed int u titlob?
X’kien li ħassejt jiċċaqlaq fil-qalb tiegħek?

One thought on “Avvent ma’ Marija – It-Tielet Ġimgħa – Il-Ħadd

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.