Avvent ma’ Marija – It-Tielet Ġimgħa – It-Tnejn


ORDINARJU

“Marija… kienet tqila”. – Luqa 2:5

48223598_1067546176757999_8596091225755353088_nIl-pellegrinaġġ ta’ Marija lejn Betlehem kien ta’ xi disgħin mil. Marija kenet “tqila”, u l-vjaġġ fuq ħmara aktarx li kkawżalha skomdu mhux żgħir. Mingħajr siġġu bħala appoġġ għall-parti ta’ isfel ta’ daharha, it-tbandil kontinwu mar-ritmu tal-ħmara kompla jżid fl-uġigħ tagħha. Meta tqis li t-tqala kienet daħlet sewwa, Marija aktarx kellha ħafna inqas enerġija u kienet ħerqana għal ftit mistrieħ.

Imma minħabba fil-vjaġġ twil, Marija ma setgħetx tieħu l-mistrieħ li tant xtaqet. Il-vjaġġ ta’ Marija xejn ma kien ħafif. Aktarx ġarrbet l-istess skomdu bħal kull mara oħra tqila fuq vjaġġ bħal dan. Imma Marija “kienet tqila” b’wild u kienet taf min kienet dik it-tarbija. Tul il-vjaġġ tagħha, speċjalment meta bdiet tħossha iktar skomda, qiegħdet idejha fuq ġufha u ftakret li Alla kien magħha. L-iskomdu tagħha seta’ kien bħal dak ta’ kull tqala oħra ordinarja; imma, Marija kienet taf li Alla jinsab fl-ordinarjetà.

Il-parti l-kbira tal-ħajja tagħna hi ordinarja, anki matul dan iż-żmien speċjali tas-sena. Nistennew fit-traffiku. Nistennew fil-kjus twal tal-ħwienet. Innaddfu d-dar għall-vaganzi. Ħafna mill-ħajja mhix xi ħaġa tat-tlellix; pjuttost hi sempliċiment ordinarja, normali. Iktar minn hekk, ħafna minna jbatu biex isibu lil Alla li hu magħna f’dak li hu ordinarju. Immaġina għal waqt wieħed li jekk Alla hu miegħek f’kollox, kemm jixtieq ikun miegħek qalb id-dettalji kollha ordinarji tal-ħajja. Il-verità hi li Alla hu miegħek – erbgħa u għoxrin siegħa fil-ġurnata, sebat ijiem fil-ġimgħa. Iva, Alla jinsab miegħek, imqar fl-ordinarju.

Sib ftit ħin u itlob lil Marija tfissirlek il-veritajiet ordinarji tal-vjaġġ tagħha lejn Betlehem. Kif tħossok dwar il-ħajja ordinarja tiegħek? Tara xi rabta bejn il-ħajja ordinarja tiegħek u l-ħajja spiritwali tiegħek?

Marija tifraħ għal dak li Alla qed jagħmel, u mhux minħabba f’xi staġun festiv jew il-vaganzi. Marija tifraħ bil-ferħ veru għax Alla qed iwettaq il-wegħda tiegħu.

Għat-talb tiegħek
Marija żgur kienet titlob bis-Salm 100. Ħejji t-talba immaġinattiva tiegħek billi taqra bil-mod is-Salm 100. Ħaddem is-sensi spiritwali tiegħek u itlob bl-immaġinazzjoni tiegħek flimkien ma’ Marija f’Luqa 2:5. Imbagħad, għid din it-talba:

“Missier, jien nixxennaq biex induq il-preżenza tiegħek fil-ħajja ordinarja tiegħi. Nitolbok tiftaħli qalbi biex nista’ nagħmel kollox, anki l-ħwejjeġ ordinarji, flimkien miegħek”.

Xi kliem laqtek l-iżjed int u titlob?
X’kien li ħassejt jiċċaqlaq fil-qalb tiegħek?

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.