Il-Kardinal Filoni fit-Taiwan għat-tmiem tal-Kungress Ewkaristiku

Il-Ħamis: 28 ta’ Frar 2019: Il-Prefett tal-Kongregazzjoni għall-Evanġeliżżazzjoni tal-Popli, il-Kardinal Filoni, jinsab fi triqtu lejn it-Taiwan fejn, bħala mibgħut speċjali tal-Qdusija Tiegħu Papa Franġsku, ser jippresjedi ċ-ċelebrazzjoni tal-għeluq tar-IV Kungress Nazzjonali Ewkaristiku fit-Taiwan nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Marzu 2019.
Continue reading Il-Kardinal Filoni fit-Taiwan għat-tmiem tal-Kungress Ewkaristiku

F’Marzu 2019 se tiġi ppubblikata Eżortazzjoni Appostolika dwar is-Sinodu taż-Żgħażagħ

Fil-25 ta’ Marzu li ġej, meta tkun ċelebrata l-festa tat-Tħabbira tal-Mulej, il-Papa Franġisku se jżur Loreto fejn hemm devozzjoni kbira lejn il-Madonna. Dan tħabbar fi stqarrija ta’ Alessandro Gisotti, id-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan. Dakinhar il-Papa mistenni joffri lill-Madonna, d-Dokument li ħareġ wara s-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-Żgħażagħ, il-Fidi u d-Dixxerniment Vokazzjonali li sar fil-Vatikan f’Ottubru li għadda. Continue reading F’Marzu 2019 se tiġi ppubblikata Eżortazzjoni Appostolika dwar is-Sinodu taż-Żgħażagħ

Il-ħajja m’għandha qatt tkun immexxija mil-loġika tat-teknoloġija – il-Papa Franġisku

It-Tnejn 25 ta’ Frar 2019. It-teknoloġija għandha tkun ta’ servizz għall-ġid tal-bniedem u sabiex titħares il-ħajja. Din kienet it-twissija li għamel il-Papa Franġisku lbieraħ lill-membri tal-Akkademja Pontifiċja għall-Ħajja waqt l-assemblea ġenerali tagħha f’għeluq il-25 minn mindu twaqqfet. Continue reading Il-ħajja m’għandha qatt tkun immexxija mil-loġika tat-teknoloġija – il-Papa Franġisku

Il-Papa f’Santa Marta: Alla hu ħanin imma jagħdab ukoll

Il-Ħamis 28 ta’ Frar 2019: Tħallix il-passjonijiet tiegħek jegħlbuk, toqgħodx titnikker biex iddawwar qalbek lejn Alla. Illum, fl-omelija fil-kappella tad-Dar Santa Marta, il-Papa Franġisku stedinna biex kuljum nagħmlu l-eżami tal-kuxjenza, ngħarblu l-azzjonijiet li għamilna għax ħadd minna ma jaf kif se tintemm ħajtu. Continue reading Il-Papa f’Santa Marta: Alla hu ħanin imma jagħdab ukoll

21 – Il-Gratitudni Tferrħek

1 Xinhi l-Gratitudni?

Insellimlek! Kont taf li l-gratitudni ġġiblek l-hena, tagħmlek kuntent jew kuntenta minn ġewwa? Il-gratitudni hija dak is-sentiment li nħossu meta nkunu qed napprezzaw xi ħaġa speċjali tajba jew siewja jew sabiħa li rċevejna. Inkunu nixtiequ nagħtu ħajr lil xi ħadd, jew lin-natura, jew lil Alla. Continue reading 21 – Il-Gratitudni Tferrħek