Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Marzu 2019


Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Marzu 2019.

curia-file-photo.jpg

It-Tnejn 4 ta’ Marzu 2019, fil-7:00 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jagħti l-Ministeru tal-Lettorat lil tliet seminaristi, fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù.

L-Erbgħa 6 ta’ Marzu, Ras ir-Randan, fis-6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa tal-Erbgħa tal-Irmied, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa ser tixxandar live fuq il-Youtube Channel tal-Knisja f’Malta.

Il-Ġimgħa 8 ta’ Marzu, fil-12:15 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa waqt l-irtir tar-Randan għall-impjegati tal-Kurja, il-Caritas u t-Tribunal Ekkleżjastiku, fid-dar tal-irtiri Porziuncola, Baħar iċ-Ċagħaq.

Il-Ħadd 10 ta’ Marzu, fil-5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi pellegrinaġġ u jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Ħadd in-Nies, Ħaż-Żabbar.

Il-Ħamis 21 ta’ Marzu, fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa b’sufraġju tal-Arċisqof Ġużeppi Mercieca fl-anniversarju tal-mewt tiegħu.

Il-Ġimgħa 29 ta’ Marzu, fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi pellegrinaġġ u jiċċelebra Quddiesa bl-istatwa devota ta’ Ġesù Redentur, fil-Bażilika tal-Isla.

Il-Ħadd 31 ta’ Marzu, fil-11:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-ftuħ tal-proċess Djoċesan għall-kawża ta’ beatifikazzjoni ta’ Bro Louis Camilleri FSC, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa ser tixxandar live fuq il-Youtube Channel tal-Knisja f’Malta.

 

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.