Il-Papa Franġisku ser iżur Napli


L-Erbgħa 13 ta’ Frar 2019: Il-Papa Franġiksu se jżur Napli fil-21 ta’ Ġunju li ġej biex jieħu sehem f’laqgħa dwar it-Teoloġija wara Veritatis Gaudium fil-kuntest Mediterran.

papa-napoli
Il-Papa Franġisku waqt iż-żjara pastorali li kien għamel f’Napli fil-21 ta’ Marzu 2015.

F’komunikat maħruġ it-Tnejn, id-Direttur ad interim tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, Alessandro Gisotti qal li l-Papa se jasal Napli għall-ħabta tad-9am u se jindirizza lill-parteċipanti fil-konferenza.

Il-Papa Franġisku se jkun milqugħ mill-Kardinal Crescenzio Sepe, l-Arċisqof ta’ Napli, l-Isqof Francesco Marino ta’ Nola u Fr Arturo Sosa, is-Superjur Ġenerali tas-Soċjetà ta’ Ġesù.

Il-konferenza hija organizzata mis-sezzjoni San Luigi tal-Fakultà Teoloġika Pontifiċja tan-Nofsinhar tal-Italja.

Il-Papa se jitkellem dwar it-tema tal-laqgħa qabel ma jmur lura l-Vatikan kmieni wara nofsinhar.

Il-Papa Franġisku kien għamel żjara pastorali f’Napli fil-21 ta’ Marzu 2015.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.