Tliet Seminaristi rċevew il-ministeru tal-Lettorat


It-Tnejn 4 ta’ Marzu 2019: L-Arċidjoċesti ta’ Malta qed tawgura lil tliet seminaristi li rċevew il-Ministeru tal-Lettorat. Dawn is-seminaristi huma  Roderick Baldacchino, Joshua Cortis u Jean-Claude Schembri.

Bil-Ministeru tal-Lettorat is-seminaristi jsiru qarrejja uffiċjali tal-Kelma t’Alla waqt il-quddies u waqt ċelebrazzjonijiet liturġiċi oħra. B’hekk dawn is-seminarti ser ikollhom ir-responsabiltà li jxandru l-Kelma t’Alla permezz tal-katekiżmu kif ukoll waqt laqgħat oħra ta’ formazzjoni nisranija. Dan il-Ministeru jingħata lis-seminaristi li jkunu waslu fil-ħames sena tal-formazzjoni tagħhom fis-Seminarju u għalhekk dan ikun pass ieħor li jkompli jqarribhom lejn id-djakonat u s-saċerdozju.

Il-Knisja qed tirringrazzjahom għax-xhieda tagħhom.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.