Għaqda li tgħallem lit-tfal dwar is-sbuħija tal-Ewkaristija


It-Tlieta 12 ta’ Marzu 2019: In-nuqqas ta’ attendenza fil-Knejjes Kattoliċi f’ċerti pajjizi madwar id-dinja, l-aktar fl-Ewropa u l-Istati Uniti jista’ jintgħeleb b’inizjattiva li bdiet fl-Irlanda mit-tfal tal-Grupp Ewkaristiku li marru l-Iskozja biex jgħallmu lit-tfal ta’ dak il-pajjiż dwar is-sbuħija tal-Adorazzjoni u l-preżenza ta’ Kristu fl-Ewkaristija.

cote-slider-1

Dan il-grupp twaqqaf fl-Irlanda fl-2012 bl-għan li tissaħħaħ il-fidi fit-tfal bit-tmexxija ġentili tal-preżenza ta’ Kristu fl-Ewkaristija. Issa li qabad sew fl-Irlanda dan il-grupp qed jinfirex fir-Renju Unit, f’Malta u fl-Istati Uniti.

Il-membri jippreżentaw tifsir tas-Sagramenti lit-tfal ħalli jgħinuhom jifhmu aħjar il-fidi tagħhom. Kollox huwa ċċentrat madwar Kristu bi tħejjija għall-adorazzjoni.

Bosta ġenituri li attendew ma’ uliedhom ħadu sehem f’din l-inizjattiva u raw li kienet ta’ ġid kbir.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija