L-Erbgħa 13 ta’ Marzu 2019: Il-Papa Franġisku ta merħba lill-ogħla mexxejja taċ-Church of Jesus of Latter-Day Saints fil-Vatikan hekk kif infetaħ l-ewwel tempju tagħhom fil-kapitali Taljana, Ruma.
Il-Vatikan inkluda din il-laqgħa ma’ Russell Nelson, president tal-Mormoni fil-lista ta’ laqgħat tal-Papa għad-9 ta’ Marzu, iżda ma ngħata l-ebda tagħrif ieħor.
Mexxejja Kattoliċi u Mormoni, l-aktar fl-Istati Uniti żiedu l-kuntatti tagħhom f’dawn l-aħħar snin, f’ħidma fuq bosta proġetti soċjali u fil-promozzjoni ta’ kwistjonijiet komuni, l-aktar fl-appoġġ għall-familja tradizzjonali.
Madankollu l-Knisja Kattolika ma tirrikonoxxix il-magħmudija mogħtija mill-Mormoni, bħala waħda valida u Kristjana.
Nelson, li huwa kkundsidrat mill-Mormoni bħala profeta, kien Ruma flimkien ma’ uffiċjali oħra tal-Mormoni għall-ftuħ ftit tal-jien ilu ta’ tempju ġdid fejn isiru riti ta’ żwieġ, magħmudija u funzjonijiet oħra.
Nelson qal li tkellem mal-Papa dwar kwistjonijiet dwar it-tbatija tan-nies, dwar l-importanza tal-libertà reliġjuża, l-importanza tal-familja u ż-żgħażagħ f’dinja sekularizzata u dwar il-ħtieġa tan-nies li jiġu għand Alla, jagħtuh qima, jitolbuh u jkollhom il-fidi fi Kristu wieħed isib l-istabbiltà f’ħajtu.”
Huwa kellu kliem ta’ tifħir għall-Papa Franġisku li fissru bħala ”bniedem ħelu u tal-ghageb, u kemm huma xxurtajat l-Kattolici li ghandhom mexxej tant grazzjuz, li jinkwieta, ihobb, izda fuq kollox kapaci.”
Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija