Matul is-sitt snin tal-Pontifikat ta’ Franġisku


L-Erbgħa 13 ta’ Marzu 2019: F’sitt snin ta’ pontifikat, il-Papa Franġisku ipprietka aktar minn 1000 omelija li minnhom aktar minn 670 fil-quddies minn Dar Santa Marta eżempju ta’ lectio divina ħajja u attiva. Aktar minn 1200 diskors pubbliku, 264 katekeżi fl-Udjenzi Ġenerali ta’ nhar ta’ Erbgħa (ġojjelli żgħar ta’ kummenti spiritwali fuq dawn it-temi: il-Kredu, is-Sagramenti, id-Doni tal-Ispirtu s-Santu, il-Knisja, il-familja, il-ħniena, it-tama nisranija, il-Quddiesa, il-Magħmudija, il-Griżma, il-Kmandamenti, it-talba tal-Missierna).

papa-francesco-1-2.jpgBarra minn hekk: 342 katekeżi qasira dwar il-Vanġelu tal-Ħadd u ta’ jiem festivi fl-Angelus u r-Regina Caeli; żewġ Enċikliċi (Lumen fidei, li tkompli ma’ dik li kien beda Benedetto XVI, u Laudato si’); tliet Eżortazzjonijiet Appostoliċi (Evangelii gaudium, Amoris laetitia u Gaudete et exsultate); 36 Kostituzzjoni Appostolika; 27 Motu proprio; il-Ġublew tal-Ħniena. Il-Papa ppresieda tliet Sinodi, tnejn fuq il-familja u wieħed fuq iż-żgħażagħ, għamel 27 vjaġġ internazzjonali fejn żar 41 pajjiż u għamel ukoll 24 vjaġġ fl-Italja.

Fost il-ħafna kanonizzazzjonijiet infakkru it-tliet Papiet, Ġwanni XXIII (23), Pawlu VI (6) u Ġwanni Pawlu II (2), kif ukoll Madre Tereża ta’ Kalkutta, l-Isqof Romero, iż-żewġ rgħajja ċkejknin ta’ Fatima Ġjaċinta u Franġisku Marto, il-ġenituri ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, iż-żewġ mistiċi Angela da Foligno u Elisabetta della Trinità. Il-Papa Franġiksu għandu wkoll kont tat-Twitter f’9 lingwi b’48 miljun persuna li ssegwih u fuq Instagram għandu kważi sitt miljun persuna li ssegwih.

Rapport mil-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija