Esperjenza tas-Silenzju t’Alla


IS-SILENZJU T’ALLA hi l-isfida li mistiedna għaliha dan ir-Randan.  Għaliex Alla jibqa’ sieket quddiem id-dmugħ ta’ omm li titlef lil binha? X’jgħid Alla li Jista’ Kollox – u jibqa’ sieket – quddiem il-karba tan-nies li jmutu bil-kanċer?

Il-film SILENCE ta’ MARTIN SCORSESE, “l-iktar film kattoliku”tiegħu, jagħti ħjiel ta’ tweġiba. Imma t-tweġiba ser twasslek għal mistoqsijiet oħra iktar diffiċli. SILENCE jirrakonta storja ta’ tlett Ġiżwiti li marru l-Ġappun biex iwasslu l-fidi f’dinja Buddista. Huma stess jispiċċaw differenti minn kif ħasbu.

Inti – u ħbiebek – mistiedna biex TISMA’ s-SILENZJU T’ALLA. Diġa’ diffiċli tisma’ lil min jitkellem – aħseb u ara xi sforz ta’ mħabba ikbar trid tagħmel biex tisma’, tifhem is-Silenzju t’Alla.

Fr Colin u l-Ħbieb, il-Moviment Era Ġdida, il-Knisja tax-Xgħajra jistiednuk biex tagħmel ESPERJENZA TAS-SILENZJU T’ALLA.

Meta: 1-5 t’April mis-7 pm POST: Senior Citizens FLORIANA (mal-Iskola tal-Floriana)

Jew

Meta: 8-12 t’April mis-7pm POST: IL-KNISJA TAX-XGĦAJRA (Fil-Ġimgħa tad-Duluri)

Ara poster: Father Colin Apap – flyer Silence v2 single (1)