Quddiesa fil-Jum Dinji tad-Down Syndrome


Nhar il-Ħamis 21 ta’ Marzu, fil-Jum Dinji tal-Persuni bid-Down Syndrome, l-Assoċjazzjoni Maltija tad-Down Syndrome organizzat quddiesa għall-membri u l-ħbieb tagħha fil-kappella tad-Dar tal-Providenza s-Siġġiewi. Għal din l-okkażjoni attendew ukoll is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, is-Sur Anthony Agius Decelis kif ukoll il-President tal-Assoċjazzjoni, is-Sinjura Joeanna Xerri.

Il-quddiesa kienet iċċelebrata minn Fr Martin Micallef. Fl-omelija tiegħu hu saħaq li lkoll iridu ngħixu f’soċjetà li tħares lejn id-differenza mhux bħala theddida imma bħala teżor, soċjetà li ma tħarisx lejn il-persuna b’diżabilità bil-mudell mediku, jiġifieri tara lill-persuna b’diżabbiltà bħal problema, imma bil-mudell soċjali jiġifieri soċjetà li tagħraf li d-diżabilità toħloqha hi meta ma’ taddattax għall-bżonnijiet, l-aspettativi u l-aspirazzjonijiet ta’ dawn il-persuni.

Għal din l-okkażjoni attendew ukoll is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, is-Sur Anthony Agius Decelis kif ukoll il-President tal-Assoċjazzjoni, is-Sinjura Joeanna Xerri.

L-Assoċjazzjoni Maltija tad-Down Syndrome toffri sapport lil ġenituri ta’ trabi li jkunu twieldu b’din il-kundizzjoni u taħdem sabiex jiżdied l-għarfien ħalli persuni b’din il-kundizzjoni ntellettwali jilħqu l-potenzjal tagħhom.