Dalgħodu, f’għeluq l‑400 sena tal‑kwadru tal‑Madonna Ta’ Pinu u l‑136 sena mis‑sejħa tal‑Madonna lil Karmni Grima u Frangisk Portelli, mijiet ta’ persuni mid-Djoċesijiet ta’ Malta u Għawdex imlew is-Santwarju tal-Madonna fl-Għarb, Għawdex biex flimkien ma’ sitt Isqfijiet Maltin jiċċelebraw l-Ewkaristija Mqaddsa b’radd ta’ ħajr lil Alla għal tant grazzji li xerred fuq il-poplu u l-familji tagħna bl-Interċessjoni tal-Madonna.
Il-quddiesa tmexxiet mill-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna, li kkonċelebraw miegħu l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech, l-Isqof Awziljarju Joseph Galea-Curmi, l-Arcisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P., l-Isqof George Bugeja O.F.M., u l-Isqof Emeritu Paul Darmanin, O.F.M. flimkien ma’ għadd kbira ta’ saċerdoti miż-żewġ gżejjer. Fl-omelijia tiegħu Mons. Arċisqof tkellem dwar tenna l-kelma ta’ Marija lill-qaddejja fil-ġrajja tat-Tieġ ta’ Kana, “Agħmlu dak li jgħidilkom Hu.”
Iċ-ċelebrazzjoni bdiet bit-talba tas-Supplika u wara Quddiesa Pontifikali sar il-kant tat-Te Deum u fl-aħħar dawk kollha preżenti għamlu flimkien tal-Isqfijiet tagħna, it-Talba tal-Affidament lill-Madonna.
L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna …
Ritratti: www.knisja.mt/ritratti