Il-Ġimgħa 6 ta’ Settembru 2019 fis-7.00 pm ser issir quddiesa għal dawk kollha li jaħdmu fl-oqsma tal-kultura u l-isports. Din iċ-ċelebrazzjoni li ser issir fil-Knisja ta’ San Franġisk fil-Hamrun tkun b’ringrazzjament lil Alla tat-talenti kollha ta’ dawk li huma nvoluti f’dawn l-oqsma, fosthom artisti, bandisti, pitturi, kantanti, awturi poeti, kittieba, mużiċisti, atturi, scouts u dawk li jieħdu sehem jew huma involuti f’kull tip ta’ sports – football, għawm, ċikliżmu, dawk li jsuqu sports cars u sportivi oħra.
Għal din l-okkażjoni ser titwassal il-barka tal-Papa Franġisku. Ara l-poster b’aktar dettalji hawn taħt …