Nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Awwissu 2019, il-Papa Franġisku ħatar lil Jean-Marc Aveline bħala Arċisqof ta’ Marsilja, waħda mill-ikbar djoċesijiet ta’ Franza
Mons. Aveline, li twieled fl-Alġerija fl-1958 meta kienet kolonja Franċiża hu magħruf għall-impenn tiegħu fid-djalogu bejn l-Insara u l-Musulmani.
F’Marsilja hemm komunita’ kbira ta’ Musulmani mill-Afrika ta’ Fuq u mis-Sub-Sahara. Dil-belt hija magħrufa għall-faqar, għall-insigurta’, għas-serq, għall-kriminalita’ vjolenti u għat-traffikar tadd-droga.
Rapport minn Joe Galea