L-episkopat tal-Isqof Giovanni Cefai se jkun ibbażat fuq l-imħabba, il-ħniena u l-umiltà


Il-Ġimgħa 30 ta’ Awwissu 2019, waslet lejn tmiemha l-viżta pastorali tal-Isqof Giovanni Cefai MSSP, b’Quddiesa Pontifikali kkonċelebrata bis-sehem tal-Arċisqof Charles J. Scicluna, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. L-Isqof Għawdxi, li nħatar isqof tal-Prelatura Territorjali l-ġdida ta’ Santiago Apóstol de Huancané, fil-Perù iktar kmieni din is-sena, spjega kif din il-viżta se takkumpanjah għal ħafna żmien minħabba li ħass u għex l-imħabba tal-poplu Malti u Għawdxi.

WhatsApp_Image_2019-08-30_at_21.156724655214

Il-Quddiesa saret nhar il-festa ta’ Santa Rosa ta’ Lima, jum importanti ħafna għall-Perù, ċelebrat f’iktar minn 31 knisja dedikati lilha fil-Perù. L-Isqof Għawdxi spjega dwar kif din il-qaddisa għexet ħajja ta’ penitenza, karità u talb; u offrielha l-episkopat tiegħu: “Agħtini l-grazzja li ngħix kif għixt int: fl-umiltà, fis-sempliċità, fit-talb, fil-karità.”

Temm l-omelija tiegħu billi rrakkonta awgurju li messlu qalbu u ruħu, li għamillu ħabib tiegħu, meta sar jaf bil-ħatra tiegħu bħala isqof fil-Perù: “Giovann wegħedni li qatt ma ssir isqof imma li l-isqof isir int, li l-isqof jidħol fik… Kemm hi ħaġa sabiħa li aħna ngħixu dak li aħna, dak li Alla jixtieq minna u allura fost affarijiet oħra hija l-imħabba, il-ħniena u l-umiltà.”

Sors: www.knisja.mt
Ritratti: www.knisja.mt/ritratti

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.