Alan Fabbri, is-sindku ta’ Ferrara, l-Italja, ordna 385 salib tal-injam b’kurċifissi ta’ metal arġentat għall-klassijiet tal-iskejjel għas-sena skolastika li ġejja.
Kien għamel ċensiment f’Ġunju li għadda biex jara liema klassijiet m’għandhomx kurċifiss. Dan is-sindku mhux Nisrani prattikanti, imma qal li l-kurċifiss hu simbolu Kristjan, ta’ identita storika-kulurali, ta’ paċi u mħabba, miftuħ għal kulħadd u marbut mal-għeruq Nisrani u parti mit-tradizzjoni tal-Italja. Għamel dan il-ġest fis-skiet, meta l-iskejjel huma magħluqa, biex jevita li dak li jagħmel jiġi strumentalizzat.
Rapport minn Joe Galea