Il-Kant Gregorjan


Il-kant Gregorjan hu tip ta’ mużika tal-Knisja li fih il-kwalita’ li tnissel kalma u xewqa għas-sabiħ f’dawk li jkantawh jew jisimgħuh. Għalkemm ħafna jaħsbu li hu kant tal-imgħoddi, l-ispirtu ta’ serenita’ li hu karatteristika ta’ dan il-kant qed jigi aċċettat min-nies ta’ żmienna.

Il-kant Gregorian joffri oasi ta’ paċi u ta’ serħan, f’din id-dinja mgħaġġla u nkwieta. L-innijiet Gregorjani huma maħsuba biex iqiegħduna f’ambjent spiritwali ii jħajjarna nisimgħu dak li jrid Alla minna u jressquna aktar lejh. Nies kbar fl-istorja tal-Knisja kienu jħeġġu lil dawk fdati f’idejhom biex ikunu midħla tal-kant Gregorjan u jiggustaw l-innijiet b’talbiet sempiċi u sbieħ tiegħu. San Bernard ta’ Clairvaux sejjaħ dan il-kant bħala li “jogħġob il-­widna u jqanqal il-qalb”. Hi ħaġa sabiħa li aħna, li għandna sehem partikulari fil-Knisja, inkunu nafu li jeżisti dan il-kant li minn żmien ilu kien għal qalb il-Knisja u naraw is-sbuħija tiegħu kif ukoll il-forza ta’ talb li fih.

Kant għal kull żmien

Gloria.jpgIl-kant Gregorjan qed jerġa’ jieħu postu mhux biss f’movimenti fi ħdan il-Knisja imma wkoll minn kompożituri oħra li b’effett sabiħ użaw l-istil l-Gregorjan flimkien ma’ mużika kontemporanja. Fis-snin 90 Patrijiet Spanjoli ħarġu CD bi stil Gregorjan li ġiet klassifikata fl-aqwa 20 diska ta’ dak iż-żmien u żammet postha għal tul ta’ żmien tant kemm intlaqgħet tajjeb.

Il-kant Gregorjan fih qawwa misterjuza Ii ma tafx bi żmien. Hu kant li jqiegħed lil min jisimgħu f’ambjent meditattiv, kemm jekk qed jisimgħu b’attenzjoni, kif ukoll jekk bħala mużika li tintuża biex toħloq atmosfera għal ċelebrazzjoni reliġjuża. Kemm iġib kalma meta nidħlu fi Knisja qabel il-Quddiesa u b’mod pulit u baxx ikun hemm għaddejja mużika Gregorjana! Tiddisponik biex titlob b’ċertu kalma

Il-kant Gregorjan ġie żviluppat fil-Knisja Kattolika, l-aktar fil-perjodu bejn is-snin 800 u 1000. Ħa l-isem mill-Papa San Girgor il-Kbir, li ntroduċih fil-Knisja tal-Punent, ħbbażat fu il-mudell tal-kant Biżantin. X’aktarx li nassoċjaw il-kant Gregorjan mal-monaċi, l-aktar il-patrijiet Benedittini. Il-ħajja ta’ patri ma kinitx ħafifa. Ir-ritwal tiegħu ta’ kuljum kien iċċentrat madwar l-uffizzju divin, ta’ tmien servizzi. ll-patri kien iqum kmieni, ngħidu aħna, għat-tlieta ta’ filgħodu biex jiehu sehem fl-ewwel kant. Jibda jisbaħ, u dan ikun il-ħin biex jitkantaw il-Laudi. imbaghad erbgħa darbiet li kienu jsejħulhom il-kant tas-siegħat iż-żgħar, fis-sitta, fid-disgħa, f’nofsinhar u fit-­tlieta ta’ wara nofsinhar. Kif tkun niezia x-xemx il-patrijiet kien ikollhom i-uffizzju mportanti tal-Vespri, u qabel raqda qasira, ikollhom l-aħħar servizz. Il-kant kien parti essenzjaii mill-ħajja tal-patrijiet.

Għall-­patrijiet taż-Żminijiet tan-Nofs, li jkantaw is-salmi kien il-qofol għall-mod kif iħarsu lejn id-dinja u dwar ir-relazzjoni taghhom m’Alla. Il-kant kien biċċa xogħol importanti li trid issir bl-aħjar mod ta’ kull patri u ta’ kull monasteru. Il-patrijiet kienu jqisu l-kant bħala parti ntrinsika mid-­dmirijiet tagħhom. Kien l-espressjoni tal-imhabba u l-impenn tagħhom lejn Alla. Maż-żmien, u sa ċertu żmien, il-Gregorjan ħa postu bħala l-kant l-aktar użat fil-Knisja.

Aħna nistgħu nagħżlu siltiet li jkunu addattati għaċ-ċelebrazzjoni li tkun, mingħajr ma nesaġeraw. Niddisponu lill-oħrajn billi nfiehmuhom b’liema kura l-kompożituri antiki rnexxielhom iqabblu li-kliem u l-mużika tal-Gregorjan u jagħmiu emfasi fuq xi kelma jew frażi partikulari.

Hemm repertorju kbir ta’ kant minn fejn nagħżlu u llum issib CD’s b’innijiet tat-Gregorian. Minn żmien għall-ieħor nistgħu nsemmgħu xi innu minnhom.

Eżempji ta’ kant Gregorjan

Vidi Aquam – Hi talba li tgħid: “rajt l-ilma jnixxi min-naħa tat-tempju.” Hu innu li jitkanta bejn l-Għid u l-Pentekoste.

Puer Natus – Hu innu ta’ ferħ għat-twelid tat-Tarbija Gesu’.

Ave Maria – Il-kliem ta’ l-Ave Maria nebbaħ ħafna kompożituri tal-mużika, imma ftit iħabbtuha mal-grazzja u mal-profondita’ ta’ l-innu kif kantat bil-Gregorian. Hi wahda mill-iżjed famużi.

Ubi Caritas – Antifona sempliċi, imma li tmiss il-qalb. Hi waħda mill-eqdem innijiet Gregorjani; talba li hemm min jgħid li kellha l-għeruq tagħha fil-­Kristjanita’ Rumana.

Salve Regina – Hi waħda mill-antifoni l-iktar sbieħ u ċelebri b’unur lil Marija. L-­innu kien jitkanta fit-perjodu twil mit-Trinita’ sal-Avvent.

Regina Coeli – B’dan l-innu, il-Knisja tifraħ lill-Madonna li Binha qam miil-imwiet. Jitkanta mill-Għid sal-Pentekoste.

Ave Maris Stella – Għal sekli kien l-innu favorit ta’ ħafna. Jitkanta fil-Vespri u fil-­festi Marjani, li huma ħafna. Hu tifħir lil Marija b’melodija maħduma b’mod grazzjuz.

Veni Creator Spiritus – Innu lill-lspirtu s-Santu li, meta nisimgħuh kantat kif imiss, nindunaw li l-mużika u l-kliem jinħassu bħal żiffa friska mill-bidu sat-­tmiem.

Joe Galea