Rikonoxximent għall-Knisja fl-Indoneżja


Fost it-13-il Kardinali ġodda li għażel dan l-aħħar il-Papa Benedittu hemm l-Arċisqof Indoneżjan Ignatius Suharyo Hardjoatmodjo. Din l-għażla hi sinjal ta’ apprezzament speċjali għall-komunità Kattolika tal-Indoneżja, li hi minorità mxerrda f’37 djoċesi f’iktar minn 17,000 gżira. Hi tassew ‘merħla żgħira’ għax tgħodd 3 fil-mija tal-popolazzjoni tal-Indoneżja li hi 264 miljun. Imma hi Knisja attiva u dinamika.

https://www.ncronline.org/news/people/new-indonesian-cardinal-appointment-recognizes-countrys-catholic-minority

Rapport minn Joe Galea