Din il-ġimgħa kien hemm il-laqgħa li sir kull sena għas-Saċerdoti anzjani u morda fis-Santwarju ta’ Santa Maria del Fonte fil-Lombardija, ir-reġjun fin-nord tal-Italja li jinkludi l-belt ta’ Milan.
Dan l-avveniment hu sponsorjat mill-‘Unitalsi’, li hi ‘L-Unjoni Nazzjonali Taljana għat-Trasport tal-Morda lejn Lourdes u Santwarji Internazzjonali’. L-‘Unitalsi’ ġiet imwaqqfa fl-1903 meta żagħżugħ fil-wheelchair iddecieda li jmur Lourdes biex jitlob miraklu imma, jekk ma jfieqx, ineħħi ħajtu fil-grotta. Meta wasal Lourdes kien hekk impressjonat bl-ispirtu ta’ kura, li ddeċieda li anke jekk ma jfiqx, jibda jgħin lil nies morda bħalu. Meta reġa’ lura Ruma, iż-żagħżugħ Giovanni Battista Tomassi ta l-pistola li kien se juża għas-suwiċidju lill-qassis żagħżugħ li kien akkumpanja l-grupp f’Lourdes. Dan il-qassis kien Don Angelo Roncalli, il-Papa futur San Ġwanni XXIII. U hekk twielded l-‘Unitalsi’.
Rapport minn Joe Galea