Il-media tal-Knisja bħala strument ta’ tama, ċiviltà u mħabba

Print Friendly, PDF & Email

L-Arċisqof jinawgura n-New media Centre minn fejn joperaw 103FM u newsbook.com.mt

Il-Ġimgħa 27 ta’ Settembru l-Arċisqof Charles J. Scicluna bierek u inawgura n-New media Centre, fil-Blata l-Bajda, il-bini minn fejn isir ix-xogħol tal-media tal-Knisja, inkluż l-istazzjon tar-radju ‘103’ u newsbook.com.mt.

D5W_4014 27/09/2019 19:08:31 Blata l-Bajda

L-Arċisqof żar l-istudios fejn seta’ jara x-xogħol ta’ rinovar u l-investiment f’tagħmir ġdid, kif ukoll iltaqa’ mal-impjegati li jaħdmu fir-radju u fil-portal tal-aħbarijiet.

Il-messaġġ tal-Arċisqof

“Il-kuntest huwa kompetittiv ħafna u jiena naħseb l-għażla li għamilna hija wkoll għażla ta’ tama, f’kuntest ta’ sfidi, jiġifieri jiena nixtieq li nagħmel kuraġġ lil kulħadd u nagħmlu ħilitna biex il-media tal-Knisja, imma b’mod speċjali l-103 u anke Newsbook ikunu strument ta’ tama u strument taċ-ċiviltà, tal-imħabba u lingwaġġ li jkellem lil kulħadd.”

Sors: www.knisja.mt
Ritratti: www.knisja.mt/ritratti

Leave a Reply

%d bloggers like this: