Għaliex il-Kappillan ma ried ibierek il-pets fil-festa ta’ San Franġisk t’Assisi


Fr Stephen Vrazel, il-kappillan tal-knisja ta’ San Vinċenz de Paul f’Mobile, Alabama, l-Istati Uniti, ma berikx il-pets fil-festa ta’ San Franġisk t’Assisi nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Ottubru għax qal li filwaqt li l-familji jħabirku biex iġibu l-pets tagħhom biex jitbierku f’din il-festa, b’mod konsistenti jonqsu milli jġibu t-tfal tagħhom għall-Quddiesa tal-Ħadd.

dog.pngFr Vrazel iċċara li Quddiesa nhar ta’ Ġimgħa ma tissodisfax l-obligazzjoni tas-smigħ tal-Quddiesa nhar ta’ Ħadd. Huwa wissa li min jonqos li jattendi l-Quddiesa tal-Ħadd jidneb gravament u jrid iqerr qabel ma jersaq għat-Tqarbin. Fr Vrazel qal li filwaqt li hu tajjeb li nżommu ċerti drawwiet reliġjużi, aħna mistednin għall-Quddiesa mal-komunità fil-Knisja.

https://churchpop.com/2019/10/04/why-this-priest-will-not-bless-pets-for-the-feast-of-st-francis-his-stunning-reason/

Rapport ta’ Joe Galea