X’tgħid il-‘moto proprio’ Aperuit Illis ?

Print Friendly, PDF & Email

Il-pubblikazzjoni tal-‘motu proprio’ Aperuit Illis (mill-frażi “fetħilhom moħħhom biex jifhmu l-Iskrittura, Lq 24, 45) ħabtet mad-data simbolika tat-30 ta’ Settembru meta l-Knisja universali tfakkar lil San Gilormu li ddedika ħajtu  u saħħtu għall-istudju u t-traduzzjoni tas-testi sagri.

Dan id-‘duttur’ tal-Knisja, wieħed mill-erba’ Missirijiet tal-Knisja Latina hu l-awtur tal-Vulgata, it-traduzzjoni Latina rikonoxxuta uffiċjalment mill-Knisja Kattolika. Din is-sena qed titfakkar l-1600 sena mill-mewt tiegħu. Il-Papa Franġisku jissuġġerixxi li t-Tielet Ħadd tas-sena jkun jum solenni u jagħfas b’mod partikulari fuq l-omelija għal dakinhar. Juri r-responsabbiltà tal-Isqfijiet għat-tħabbir tal-Iskrittura Mqaddsa. Jgħid li għal ħafna l-omelija hi l-unika okkażjoni fejn jistgħu jiggustaw il-ġmiel tal-Kelma t’Alla u fejn jiġu mgħejun biex jgħixuha fil-ħajja ta’ kuljum.

Tista taqra dan id-dokument tal-Papa Franġisku bil-Malti fil-Laikos

Rapport minn Joe Galea

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading