100 sena ilu ħadu l-ġisem ta’ Adelaide Cini mill-Addolorata għall-Istitut Cini


Nhar it-Tlieta 15 ta’ Ottubru, fis-7.00 pm, l-okkażjoni tal-mitt sena mill-eżumazzjoni u t-trasport tal-fdalijiet ta’ Adelaide Cini miċ-ċimiterju ta’ Santa Maria Addolorata għall-istitut “Ta’ Ċini” li kienet waqqfet hi stess, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fil-kappella tal-Istitut Cini f’Santa Venera.

image002Matul din il-Quddiesa, l-Arċisqof ser jitlob li jerġa jinfetaħ il-każ tal-Venerabbli Adelaide Cini biex eventwalment, jekk tissodisfa l-kriterji tal-liġi tal-Knisja, din il-mara lajka tkun dikjara mill-Knisa bħala Beata.

Kulħadd huwa mistieden jattendi u jitlob bl-interċessjoni ta’ Adelaide Cini.

Aktar tagħrif dwar il-Venerabbli Adelaide Cini fil-Laikos … http://www.laikos.org/adelaide_Cini.htm