Illum il-Knisja tfakkar lil San Serafin minn Montegranaro


Fit-12 ta’ Ottubru l-Knisja tfakkar lil San Serafin minn Montegranaro, Reliġjuż li għex bejn is-snin 1540 sa 1604.

Dan il-qaddis kien iben bennej fqajjar minn Montegranaro, fil-Marche ta’ Ancona. Hu nnifsu kien qed jistenna li jikber biex bħal ħuh akbar minnu jieħu s-sengħa ta’ missieru, imma sadanittant kien jaqla’ xi ħaġa tal-flus jirgħa n-ngħaġ f’raħal fil-qrib.

Mal-mewt ta’ missieru, hu kien imsejjaħ lura d-dar; u ħuh ikbar minnu, li allura issa kien beda jaħdem miegħu jgħinu fil-bini bħala assistent, kien jiddieħak bih minħabba t-tjubija tiegħu, kien jumiljah u jheddu, u kien ukoll isawtu u jittrattah ħażin ħafna.

Huwa kellu l-ħsieb li jmur eremit iżda meta sema’ bil-Kappuċċini applika biex jidħol ajk magħhom f’Tolentino. Wara li ġie rrifjutat kemm-il darba, il-provinċjal daħħlu ta’ 16-il sena. Serafin għamel progress kbir fil-ħajja spiritwali iżda ma tantx kien tajjeb għax-xogħol ordinarju li jagħmlu l-ajkijiet u kien isir ħafna tgergir dwar li Serafin kien bla grazzja f’għemilu.

Il-fedeltà tiegħu lejn ir-regola, id-devozzjoni lejn is-Santissmu Sagrament, il-karità lejn kulħadd u l-mirakli tiegħu għamluh maħbub mill-poplu. Għadda żmien twil mill-ħajja tiegħu monastika f’deżolazzjoni interna, spiss kien anki jiddubita mis-salvazzjoni ta’ ruħu. Huwa miet f’Ascoli fl-età ta’ 64 sena u sitt snin wara Pawlu V ppermetta li jinxtegħlu l-lampi fuq il-qabar tiegħu.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.