“Illum hawn nies li qed jinqatlu minħabba l-fidi tagħhom u dawn huma nies sempliċi u twajba li jixtiequ jipprattikaw il-fidi tagħhom fil-kwiet u l-paċi.”
Dan stqarru Sam Brownback, li ilu ambaxxatur Amerikan akkreditat għal-libertà reliġjuża internazzjonali minn Frar tal-2018. Huwa kompla jgħid li l-futur tal-Kristjaneżmu fil-Lvant Nofsani wasal f’mument deċiżiv ħafna għaliex il-biċċa l-kbira tal-insara diġà tkeċċew min arthom.”
Minkejja dan kollu Brownback wera wkoll it-tama tiegħu li fix-xhur li ġejjin jista’ jkun hemm żviluppu pożittivi. Qal, “Nemmen li għad hemm iċ-ċans li naħdmu aktar b’riżq il-libertà reliġjuża. Jekk le, f’dan ir-reġjun mhux ser ikollna la libertà reliġjuża u lanqas Lvant Nofsani multireliġjuż kif kien hemm sa issa.
Il-Papa Franġisku spiss ħeġġeġ lill-Insara sabiex jitolbu biex il-Mulej jikkonverti l-qlub ta’ dawk li ma jiżirgħu xejn ħkief vjolenza, terroriżmu u mewt.