L-Isqfijiet fis-Sinodu tal-Amażonja dwar il-ħajja “ lussuża” tal-Oċċident


Konxji dwar l-urġenza fl-ambjent u fil-klima, l-Isqfijiet fis-Sinodu dwar l-Amażonja insistew fuq il-ħidma li hemm bżonn favur id-“dar komuni” tagħna. Irridu nagħżlu stil ta’ “ħajja iktar sobrija u solidari”.

L-Isqfijiet semmew li l-ekonomija fl-Amażonja hi inġusta, għax il-ġid kollu qed jmur fl-Oċċident filwaqt li jibqa’ l-faqar għan-nies tar-reġjun. Il-foresti qed jiċkienu hekk kif il-pajjiżi għonja qed jgħixu ħajja lussuza u jieklu laħam minn swieq ta’ prezzijiet għolja. Jekk naddattaw ruħna għal ħajja iktar sobrija, il-foresti jibqgħu, imma jekk se tkompli l-qerda tal-foresti, l-effett fuq “id-dar komuni tagħna” se jkun irriversibbli.

https://www.ncronline.org/news/environment/signs-times/saving-amazon-rainforest-requires-change-western-lifestyles-say-synod

Rapport minn Joe Galea