Illum il-Knisja tfakkar lil Santa Ċeċilja


Fit-22 ta’ Novembru l-Knisja tfakkar lil Santa Ċeċilja, Verġni u Martri li għexet fit-Tieni jew fit-Tielet Seklu.

Skont leġġenda Rumana, Santa Ċeċilja kienet mill-belt ta’ Ruma. Sa minn ċkunitha bdiet tħobb lil Ġesù, u iktar ma kienet qed tikber, iktar kienet qed issir tħobbu. Kienet għadha daqsxejn ta’ tfajla meta offrietlu ħajjitha u l-verġinità tagħha. Iżda biex tobdi lill-ġenituri tagħha, iżżewġet lil żagħżugħ nobbli pagan, jismu Valerjanu.

Ftit wara ż-żwieġ, ikkonvertitu, u hu kkonverta wkoll lil ħuh, Tiburzju. It-tnejn inqabdu li kienu Nsara, u ġew ikkundannati għall-mewt flimkien ma’ uffiċjal jismu Maximus. Santa Ċeċilja ddispjaċiha ħafna li kellhom imutu fil-fjur ta’ ħajjithom, iżda fl-istess ħin ferħet li mietu martri għal Ġesù. Hi stess difnithom. Ftit ġranet wara, hi wkoll mietet martri, wara agunija ta’ tlett ijiem, minħabba ferita li sofriet bid-daqqa tal-mannara fuq għonqha.

Għalkemm din hi storja sabiħa ta’ mara Nisranija li ħarset xbubitha u tat ħajjitha għall-imħabba ta’ Kristu, mhix ibbażata fuq materjal awtentiku. B’danakollu fiċ-ċimiterju ta’ San Kallistu, f’Ruma, hemm qabar b’lapida li ġġib isimha, u sa mis-seklu ħamsa ġa kienet inbniet knisja f’Ruma għall-ġieħ tagħha. Santa Ċeċilja hija l-patruna tal-mużiċisti.

Fl-1599, il-Kardinal Sfondarati ordna li jinfetaħ il-qabar u l-ġisem deher intatt għal kollox. Il-ġisem kien imlibbes libsa ndurata bid-deheb, jistrieħ fuq il-ġenb tal-lemin, id-dirgħajn mitluqin minn tulhom, wieħed fuq l-ieħor, l-għonq maqtugħ; il-posa tal-ġisem kien bla dubju, dak ta’ tfajla żagħżugħa, waqt l-aħħar mumenti ta’ ħajjitha.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.