L-Iskola ta’ Betlem

Print Friendly, PDF & Email

Għall-jiem tan-Novena tal-Milied, San Ġorġ Preca ħallielna ktejjeb ta’ ftit folji, b’tagħlim relatat ma misteru tant għal qalbu, l-Inkarnazzjoni. Il-ktejjeb għandu isem tassew ħelu: ’L-Iskola ta’ Betlem’. San Ġorġ Preca, f’kull tema ta’ din l-’Iskola’, jagħmlilna istedina: “L-iktar għeżież, ejjew nieqfu bil-ħsieb tagħna quddiem l-Imgħallem Divin tagħna, imwieled tarbija, u nieħdu minnu t-tagħlim tal-ħajja eterna.”

arcabas Madonna b'GesuL-’Iskola ta’ Betlem’ hi laqgħa ta’ adorazzjoni għall-verita’ li l-Iben t’Alla sar bniedem, adorazzjoni quddiem il-misteru tal-Inkarnazzjoni. Hi mod kif San Ġorġ Preca nħejju ruħna b’Novena għall-festa għażiża tal-Milied.

L-’Iskola ta’ Betlem’ oriġinat billi Dun Ġorġ ried lill-membri tal-Museum tal-bidu jġibu quddiem għajnejhom il-grotta ta’ Betlem, fejn hemm Ġesu’ tarbija mfisqi u mqiegħed f’maxtura bejn San Ġużepp u Marija, Ii qegħdin jħarsu Iejh. Kienet issir talba fejn wieħed jissieħeb ma’ San Ġużepp u ma’ Marija u flimkien magħhom jadura ‘I Alla magħmul bniedem. Ried ukoll li wieħed jistħajjel I-AnġIu kustodju tiegħu jindikalu fuq xiex għandu jaħseb f’kull jum tan-Novena. Jistħajjel li l-anġlu jgħidlu: ”X’jidhirlek mill-virtu’ ta’ l-Umilta’, tal-Manswetudni”, u virtujiet oħra. Imbagħad il-membri jfaħħru l-kliem tal-Verbum Dei u bil-Glorja għal disgħa darbiet.

Madonna rieqda arcabas

L-’Iskola ta’ Betlem’ fiha s-sens ta’ adorazzjoni, li għandna nżommu tul in-Novena. Noqogħdu ftit għarkubbtejna, u naduraw,… kif inkantaw għal tliet darbiet fl-innu Ninġabru Insara: ”ejjew ilkoll inqimu, lill-Mulej”, jew ”ninxteħtu fl-art bil-qima, nadurawh”.

Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.