L-artist Ingliż Banksy qiegħed presepju mhux tas-soltu fil-lukanda tiegħu f’Bethlem biex iqajjem kuxjenza dwar il-konflitt bejn il-Palestinjani u l-Lhud.
Wara l-pasturi żgħar ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi f’dan il-presepju artistiku, Bansky qiegħed ħajt li jfakkar fil-barrieri tal-konkrit fil-West Bank, b’toqba ta’ ‘bullet’ fin-nofs li tixbaħ il-kewkba fuq il-maxtura. Il-kewkba ta’ Betlem, li wasslet għal fejn twieled Ġesù, għandha post importanti fil-Milied. Il-presepju f’ The Walled Off Hotel’ qed turi l-ħajja f’Betlem illum u hu simbolu ta’ tama għal ħajja aħjar għan-nies li jgħixu f’dawn in-naħat, li niftakru iktar fihom fi żmien il-Milied.
https://mobile.reuters.com/article/amp/idUSKBN1YQ0EF
Rapport għal-Laikos minn Joe Galea