Illum il-Knisja tfakkar lil Santa Briġida tal-Irlanda

Print Friendly, PDF & Email

Fl-1 ta’ Frar l-Knisja tfakkar lil Santa Briġida tal-Irlanda, Reliġjuża u Fundatriċi li għexet bejn is-snin 452 sa 524.

Santa Briġida hija l-aktar qaddisa importanti fl-Irlanda, wara San Patrizju. Għexet ħajja ta’ verġni minn ċkunita. Bniet ċella, taħt siġra tal-ballut, li għalhekk jisimha Kill-dara (ċella tal-balluta).

Billi marru jgħixu magħha bosta nisa oħra, għamlu komunita’ ta’ sorijiet, li kellha ħafna friegħi oħra mxerrdin fl-Irlanda kollha u li baqgħu jagħrfu ’l Briġida bħala Madre Badessa tagħhom. In-nisa li kienu jissieħbu magħha fid-diversi monasteri kienu l-biċċa l-kbira nisa ta’ klassi għolja. Kellhom magħhom patrijiet li kienu joffrulhom is-servizzi Liturġiċi, u anke xogħol manwali ta’ kull xorta.

Santa Briġida kienet magħrufa għat-tjubija tagħha, l-għaqal li kienet turi biex tgħin lill-miżżewġin fil-problemi tagħhom.

Is-Salib ta’ Santa Briġida: hija kienet għamlet salib bil-friegħi tal-ġummar biex tipproteġi lil kap tat-tribù li kien marid. Dan il-kwalità ta’ salib wieħed għadu jarah imdendel mad-djar u bini ieħor lejliet il-festa tagħha, biex ibiegħed il-pajjiż min-nar u biex jgħin lin-nagħaġ li kienu ser iweldu l-ħrief.

Il-fama ta’ Santa Briġida ta’ Kildare nxterdet mal-Ewropa mill-pellegrini Irlandiżi u missjunarji, u ħafna knejjes ġew mibnija f’ġieħha: fi Pjaċenza fl-Italja u speċjalment fil-Bretanja fi Franza. L-isem tagħha jfisser ħafna u stmat min-nisa Irlandiżi. L-Irlanda pproklamat – Btala Nazzjonali f’ġieħ in-nisa Irlandiżi. Bosta knejjes fl-Ingilterra u fl-Iskozja huma ddedikati għaliha, fosthom St. Bride ta’ Fleet Street, Londra.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Leave a Reply