Fejn jistgħu jwasslu liġijiet kontra l-ħajja


Ralph Northam, il-gvernatur ta’ Virginia, l-Istati Uniti, kien issuġġerixxa li ssir liġi fejn tarbija li twieldet b’diżabbilta’ titħalla tmut. Sa issa, bis-saħħa ta’ legislaturi favur il-ħajja, dan ma seħħx. Imma issa li għandu maġġoranza ġdida, il-gvernatur Northam qed jgħaġġel biex jgħaddi żewġ liġijiet kontra l-ħajja tat-trabi.

Fil-liġi aktarx jinkludu li mhemmx bżonn li jkun tabib biex jagħmel abort; mhemmx għalfejn kunsens minn dawk konċernati qabel isir abort; titneħħa l-istennija ta’ 24 siegħa bejn l-ultrasound u l-abort. Għaqdiet favur il-ħajja qed jitolbu l-firem kontra li jsru dawn il-liġijiet – fuq: https://resources.care-net.org/i-oppose-new-pro-choice-laws/

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Published by

laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.