Querida Amazonía: imxandra l-Eżortazzjoni tal-Papa għal Knisja b’wiċċ Amażoniku

Print Friendly, PDF & Email

Il-Maħbuba Amażonja – L-Eżortazzjoni appostolika postsinodali dwar ir-Reġjun tal-Amażonja ġiet ippubblikata l-Erbgħa 12 ta’ Frar 2020.

Id-dokument juri toroq ġodda għall-evanġelizzazzjoni u l-għożża tal-ambjent u l-foqra. Il-Papa Franġisku jfisser it-tama tiegħu f’ħeġġa missjunarja ġdida, u jisħaq fuq ir-rwol tal-lajkat fil-Knisja.

“Ir-reġjun maħbub tal-Amażonja jidher quddiem id-dinja fil-ġmiel kollu tiegħu, imma wkoll bil-wiċċ drammatiku u misterjuż tiegħu”. Hekk tiftaħ din l-Eżortazzjoni, li isimha bl-Ispanjol litteralment ifisser Il-Maħbuba Amażonja.

Fl-ewwel żewġ numri, il-Papa jagħti “t-tifsira ta’ din l-Eżortazzjoni”, mogħnija b’referenzi għal dokumenti tal-Konferenzi Episkopali tal-pajjiżi li jsawru r-reġjun tal-Amażonja, kif ukoll għall-poeżija li ħarġet mill-pinna ta’ poeti marbuta mal-Amażonja. Huwa jisħaq fuq ix-xewqa tiegħu li “noffri t-tweġiba tiegħi” li s-Sinodu qanqal fih u jispjega li m’għandu l-ebda ħsieb jissostitwixxi jew jidduplika d-Dokument Finali li hu jistedinna naqraw “kollu”.

Il-Papa Franġisku jitlob li l-Knisja kollha tħossha “mogħnija u sfidata” minn dan id-dokument u li l-Knisja fl-Amażonja titħabat biex “tapplikah”.

L-Eżortazzjoni fiha 4 kapitli u 111 numru, u tagħlaq b’talba sabiħa lil Marija, Omm l-Amażonja.

Rapport minn Francesco Pio Attard

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: