App ‘YOUCAT Daily’ fir-Randan bi tħejjija għaż-żjara tal-Papa f’Malta


ACN (Malta) qed tintroduċi YOUCAT Daily App immirata għal tfal u żgħażagħ. Din l-app isservi kemm bħala kumpanija tajba, kif ukoll bħala sors ta’ ispirazzjoni li tfal u ż-żgħażagħ jistgħu jsegwuha anke fil-ħin liberu tagħhom

Picture3Stephen Axisa, Direttur Nazzjonali ta’ ACN (Malta), qal “Il-YOUCAT Daily hi sors tajjeb ħafna u tassew utli biex tgħin bl-aħjar mod lil tfal u żgħażagħ ħalli tgħinhom jimmaturaw fil-fidi Kattolika. Fil-ġimgħat li ġejjin, se nkunu qed infakkru żewġ avvenimenti importanti. Il-perjodu ta’ 40 jum tar-Randan, li matulu l-Knisja tħeġġiġna nitolbu u nisimgħu l-Kelma ta’ Alla, fost azzjonijiet oħra, u ż-żjara tal-Papa li se ssir fl-aħħar ta’ Mejju. Bi tħejjija għal din iż-żjara, l-Isqfijiet Maltin diġà appellaw biex “ngħixu f’rikonċiljazzjoni vera flimkien u nittrattaw lil xulxin b’dinjità u bi tjubija liema bħalha.”

YOUCAT Daily tgħin biex tidentifika u tibni għarfien dwar kwistjonijiet ewlenin fid-dinja, bħal vjolenza, biża’, mibegħda, inugwaljanza, tniġġis ambjentali, u terrur. L-app turi kif wieħed jista’ jtejjeb u jbiddel is-soċjetà għall-aħjar permezz tal-qawwa tal-Evanġelju.

Bħala app ta’ ispirazzjoni u faċli biex tużaha, il-YOUCAT Daily toffri l-opportunità li jkollok il-Qari ta’ Kuljum miegħek il-ħin kollu, u għalhekk tista’ tinqara, pereżempju waqt li persuna tieqaf ftit minn dak li tkun qed tagħmel.  Tinkludi ukoll mistoqsijiet u tweġibiet meħudin minn YOUCAT (il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika) jew DOCAT (li jittratta t-tagħlim soċjali tal-Knisja Kattolika). Kollox hu mmirat biex juri liż-żgħażagħ kif jaħdmu favur it-tkattir ta’ “ċiviltà ta’ imħabba”, ispirata mill-Evanġelju u b’siltiet minnu ta’ kuljum.

 L-app tista’ titniżżel mingħajr ħlas minn …

Picture1        jew         Picture2

Dawk li jniżżlu YOUCAT Daily jingħataw ukoll bookmark.

 

 

Published by

laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.