Il-Battalja ta’ Lepanto u r-Rużarju

Bħalma kienet it-talba tar-Rużarju li għenet il-flotta Nisranija biex tirbaħ il-battalja ta’ Lepanto nhar is-7 ta’ Ottubru 1571, ir-Rużarju qed ikun it-talba ta’ ħafna llum biex tintrebaħ il-marda qerrieda li ħakmet lid-dinja. Kif il-Papa Piju V kien minn ta’ quddiem biex iħeġġeġ għar-Rużarju, hekk qed jagħmel il-Papa Franġisku. U flimkien mat-talb, qed iqajjem kuxjenza għal ġustizzja u solidarjetà li m’għandhomx jieqfu wara li, kif nittamaw, jgħaddi dan iż-żmien ta’ prova.

 

Minn Joe Galea

Published by

Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.