Il-Kardinal George Pell meħlus minn kull akkuża

Print Friendly, PDF & Email

Illum, 7 ta’ April 2020, il-qorti suprema Awstraljana unanimament ħelset lill-Kardinal George Pell mill-akkużi ta’ abbuż ta’ tfal. Kienet bidla drastika għall-Kardinal ta’ 78 sena li kien l-iktar prelat anzjan Kattoliku li nstab ħati ta’ abbużi sesswali.

Id-deċiħjoni ġiet wara li l-Kardinal Pell kien dikjarat ħati f’ġuri li sar f’Diċembru 2018 u kkundannat għal sitt snin ħabs f’Marzu li għadda. Anke l-appell tiegħu f’Awwissu 2019 kien rifjutat b’deċiżjoni ta’ tnejn kontra wieħed li kkonfermat s-sentenza li kienet ngħatat.

Nittamaw li l-aħbar tal-innoċenza tal-Kardinal Pell ma tinħebiex mill-mezzi tax-xandir.

https://cruxnow.com/church-in-asia-oceania/2020/04/pell-acquitted-of-abuse-charges-and-will-be-released-from-australian-prison/

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: